€6,478 miġbura għad-Dar tal-Providenza waqt Bike Ride organizzata mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi
Nhar il-Ħadd, 27 ta’ Ottubru, 2024, inġabru €6,478 f’Bike Ride organizzata mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi b’risq id-Dar tal-Providenza. Aktar minn 150 ċiklist ħadu sehem f’din l-attività li bdiet f’Ta’ Qali f’rotta li għaddiet minn taħt l-arkati storiċi tal-Imdina li jagħtu għall-pont ta’ Gomorino u lura lejn Ta’ Qali.
Il-Bike Ride kellha l-appoġġ ta’ Polti-Kometa li, f’kollaborazzjoni ma’ Visit Malta, kienu strumentali għall-promozzjoni tal-attività u l-għoti ta’ fliexken tal-ilma liċ-ċiklisti kollha. Sponsors oħra kienu Farsonsdirect, Maypole and Gaetano Mifsud Limited.
Transport Malta, il-Pulizija ta’ Malta u l-Malta Red Cross żguraw is-sigurtà taċ-ċiklisti matul it-triq.



