Id-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Beppe Fenech Adami, għamel appell biex il-poplu Malti jikkonkorri fil-festa ta’ solidarjeta’ u providenza.

Dr. Beppe Fenech Adami, qal dan meta kien qed iżur il-Maratona tal-Volleyball li qed issir bħalissa fil-parkeġġ tad-Dar.
Matul iż-żjara tiegħu, Dr. Fenech Adami, kellu l-opportunita’ li jiltqgħa mar-residenti kif ukoll ma’ dawk in-nies, li llum żaru d-Dar.

Fr. Martin Micallef, tenna r-ringrazzjament tiegħu għaż-żjara, u ngħaqad ma’ Dr Fenech Adami fl-appell tiegħu għall-ġenerożita.