Impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar jagħmlu xogħol volontarju fid-Dar tal-Providenza

Grupp ta’ 20 impjegat minn taqsimiet differenti fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar qattgħu jum ta’ ħidma volontarja fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Il-ħaddiema għamlu diversi xogħlijiet bħal tindif ġenerali, laundry, ħasil tal-karozzi u għajnuna fil-kċina. L-Awtorità għamlet ukoll donazzjoni ta’ €3,000 b’appoġġ għad-Dar tal-Providenza fil-ħidma tagħha mal-persuni b’diżabilità. Il-flus inġabru waqt attività li saret apposta. Il-Flimkien Fund Committee tal-Awtorità organizza din l-inizjattiva bl-appoġġ tal-Management bħala parti Planning Authoritymill-programm tal-Awtorità tal-Ippjanar għall-Corporate Social Responsibility.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, f’isem ir-residenti rringrazzja lill-Management u l-impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar għall-ħidma volontarja li għamlu kif ukoll għall-għotja tagħhom.

This post is also available in: English