Kċina attrezzata kif jixraq fid-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza fl-aħħar għandha kċina attrezzata għall-aħħar. Ix-xogħol, ikkordinat minn Joseph Deguara, li jmexxi t-taqsima tal-Maintenance, ilu sejjer għal dawn l-aħħar xhur. Dan kien jinkludi fost affarijiet oħra xogħol fuq conduits tal-elettriku u tas-sistema tal-gass, madum tal-ħajt, tqegħid ta’ tapit tal-gomma ‘non-slip’ kif ukoll refurbishment sħiħ tal-kamra li hemm apposta li fiha jiġi ppreparat il-ħaxix kollu għat-tisjir. Il-kċina għandha grupp ta’ ħaddiema full-time kif ukoll għadd ta’ voluntiera mmexxija minn Mary Caruana, s-Supervisor tal-Kċina, li jippreparaw żewġt ikliet kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa għar-residenti tad-Dar.