Membri tal-Ekwipaġġ tal-USS Monterey jagħtu daqqa t’id f’Malta

Biex ikomplu mat-tradizzjoni tan-Navy Amerikana, tlieta u għoxrin membru tal-ekwipaġġ tal-USS Monterey qattgħu ftit mill-ħin liberu tagħhom jgħinu fi proġetti ta’ tindif u manutenzjoni fid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi.

Il-voluntiera u l-kappillan tal-USS Monterey iltaqgħu ma’ Fr. Martin Micallef, Direttur tad-Dar, u ma’ wħud mir-residenti. Il-baħrin taw daqqa t’id fil-laundry, il-kċina, il-bini fejn hemm il-ħajjata u fil-madwar tal-kappella. Stefan Galea, resident tagħna għannaq bil-qalb il-voluntiera b’turija tal-ferħ u l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li għamlu l-voluntiera fostna.

Fil-jiem li għaddew, il-membri tal-ekwipaġġ tal-USS Monterey gawdew mill-ospitalità tradizzjonali tal-poplu Malti matul iż-żjara tagħhom fil-port storiku ta’ Malta.