Mons Charles Gauci, l-Isqof ġdid Malti f’Darwin l-Awstralja iżur id–Dar tal-Providenza

L-Isqof ġdid Malti f’Darwin l-Awstralja, Mons Charles Gauci żar Id-Dar tal-Providenza waqt li kien mawra f’Malta.

Huwa ġie milqugħ minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar u membri oħra tal-Amministrazzjoni. Huwa ltaqa’ ma’ residenti li jagħtu ħinhom fiċ-Ċentru Agrikolu San Isidor u fil-pixxina tal-akwaterapija. Huwa żar ukoll il-kappella u l-mużew ta’ Dun Mikiel u qatta’ ftit ħin ta’ talb fuq il-qabar tal-fundatur tad-Dar tal-Providenza.

This post is also available in: English