Mons. Martin Micallef isir Monsinjur Koadjutur
Ir-residenti, l-amministrazzjoni u l-voluntiera tad-Dar tal-Providenza jifirhu lill-Mons. Martin Micallef, Direttur tad-Dar, li nhar is-Sibt, 19 ta’ Settembru 2026 kellu ċ-ċerimonja tal-investitura bħala Monsinjur Koadjatur fi ħdan il-Kapitlu Metropolitan ta’ Malta flimkien ma’ Mons. Brendan Gatt u Dun Andrè Zaffarese.
Bosta qraba u ħbieb attendew għaċ-ċerimonja ppreseduta minn Mons. Arcisqof Charles J. Scicluna li saret fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina.
Il-Kapitlu Metropoplitan għandu 30 membru bil-mandat li jorganizza is-Solennitajiet Liturġiċi ta’ matul is-sena kemm fil-Katidral tal-Imdina kif ukoll fil-Konkatidral tal-Belt Valletta kif ukoll dmirijiet pastorali oħra assenjati lilhom skont il-ħtieġa minn Monsinjur Arċisqof.


