Thabbret il-mewt tal-Isqof Emeritu, Mons Paul Darmanin
Id‑Dar tal‑Providenza tesprimi s-sogħba tagħha għall-mewt tal-Isqof Emeritu, Mons. Pawl Darmanin tal‑Ordni tal‑Franġiskani Kapuċċini li l‑mewt tiegħu tħabbret illum fl‑età ta’ 82 sena. Huwa kien Isqof tad‑Djoċesi ta’ Garissa fil‑Kenja bejn l‑1984 u l‑2015, u wara ġie Malta fejn kien jgħix fil‑kunvent tal‑Franġiskani Kappuċċini fil‑Furjana.
Fis‑6 ta’ Lulju 2016 l‑Isqof Darmanin kien żar id‑Dar tal‑Providenza fejn iltaqa’ mar‑residenti tad‑Dar u talab fuq il‑qabar ta’ Dun Mikiel Azzopardi. Huwa qaddes fil‑kappella tad‑Dar fejn f’diskors qasir qasam il‑ferħ tiegħu li kien qed iżur din id‑Dar għall‑ewwel darba fejn setgħa jaqsam ftit il‑ħajja ma’ dawk kollha li jgħixu u jaħdmu f’din id‑Dar.