Tnedija tas-CD Ħelu Bambin b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar It-Tlieta 10 ta’ Diċembru ittella’ kunċert ġewwa l-Istitut Kattoliku, il-Furjana fejn ġiet imniedija s-CD tal-Milied “Ħelu Bambin”. Din ic-CD tiġbor fiha 21 diska kantati minnn diversi kantanti stabbiliti mix-xena lokali, bi kliem u produzzjoni ta’ Fr George Ocar Buttigieg, u b’arranġamenti mużikali ta’ Andrew Zammit.

Minn irrid jakkwista din ic-CD jista’ jiġbor kopja mill-ħanut Emmaus f’B’Kara u mill-istudios ta’ Radju RTK. il-Blata l-Bajda.