Il-Gvern u d-Dar tal-Providenza iġeddu ftehim finanzjarju għal Dar Akkwarell.

Ritratt: DOI Jason Borg

Il-Gvern u d-Dar tal-Providenza iffirmaw ftehim ta’ €350,000 fuq tliet snin biex għall-operat ta’ Dar Akkwarell fil-Qawra. Ftehim li l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur , Julia Farrugia Portelli iddeskriviet bħala s-siġill tar-relazzjoni eċċellenti li hemm bejn il-Gvern u d-Dar.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef qal li t- tiġdid ta’ dan il-ftehim jassigura li persuni b’diżabilità jkollhom l-opportunità li jgħixu ħajja indipendenti kemm jista’ jkun.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport, Oliver Scicluna qal li dan il-ftehim jikkonferma l-ħidma mill-qrib bejn il-Gvern u d-Dar tal-Providenza li tieħu ħsieb ta’ tant persuni b’diżabilità u tara li jkollhom vuċi.

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Sinjura Nancy Caruana, Segretarju Permanenti fil-Ministeru, s-Sur Oliver Scicluna għal Aġenzija Sapport u Fr Martin Micallef għad-Dar tal-Providenza.

Dar Akkwarell ġiet inawgurata fit-22 ta’ Novembru  2012 mill-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawl Cremona OP. Fiha jgħixu persuni b’diżabilità fiżika bl-appoġġ kollu li għandhom bżonn. Hija waħda minn erbat idjar fil-komunità li d-Dar tal-Providenza għandha fir-raħal tas-Siġġiewi, f’Birkirkara u fiż-Żurrieq. Huwa ttamat li fix-xhur li ġejjin tiġi inawgurata dar oħra f’Balluta.

 

This post is also available in: English