Impjegati tal-Apex Group b’ħidma volontarja fid-Dar tal-Providenza.

Nhar is-Sibt, 21 ta’ Mejju 2022, grupp imdaqqas ta’ impjegati tal-Apex Group qattgħu nofs ta’ nhar  jagħtu daqqa t’id fid-Dar tal-Providenza. Uħud kienu involuti fil-kċina, oħrajn fil-laundry waqt li oħrajn ħaslu l-ħġieġ tat-twieqi tal-kurituri.

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza irringrazzja wkoll lill-Apex Group u lill-impjegati tiegħu għad-donazzjoni ġeneruża ta’ €1,000 flimkien ma’ oġġetti oħra utli għad-Dar. Huwa faħħar it-turija ta’ solidarjetà li taw ħinhom u middew idejhom għal xogħol li jrid isir kontinwament fid-Dar u li għalih kull għajnuna tiġi apprezzata.

L-Apex Group, huma kumpanija internazzjonali fil-qasam finazjarju. Ilhom joperaw min Malta għal dawn l-aħħar 14-il sena u għandhom 130 impjegat jaħdmu f’Malta.

This post is also available in: English