“Il-Missjoni tad-Dar tal-Providenza hija waħda inkredibbli u bżonnjuża għal pajjiżna” – Dr. Joseph Muscat

Appell mill-Prim Ministru għal solidarjeta’ mad-Dar tal-Providenza

Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Joseph Muscat appella lil poplu Malti biex jkompli juri s-solidarjeta’ ma’ l-istituzzjoni tad-Dar tal-Providenza biex tkun tistgħa twettaq il-missjoni inkreddibbli u tant bżonnjuża għall-pajjiż.

Dr. Muscat qal dan meta aktar kmieni illum żar is-sitt edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’riżq id-Dar tal-Providenza.

Dr. Muscat kellu l-opportunita’ jiltaqa’ mal-voluntiera u l-plejers li qed jieħdu sehem f’din il-Maratona ta’ 53 siegħa li l-għan tagħha huwa li jinġabru il-fondi tant meħtieġa għal din id-Dar.

Matul iż-żjara tiegħu il-Prim Ministru kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ uħud mill-105 resident li jgħixu fid-Dar tal-Providenza.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr. Martin Micallef, irringrazzja lil Prim Ministru tas-sostenn u l-appoġġ tiegħu. Huwa appella għal ġenerożita tal-Maltin, biex jkomplu jgħinu din il-kawża.

Sadanittant, il-Maratona tkompli għaddejja. Illum is-Sibt, ser jittellgħa spettakklu b’uħud mill-aqwa talent lokali. Il-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza ġie mibdul f’żona ta’ rikrejazzjoni għal familja kollha. Fosthom hemm stalls b’għadd ta’ ikel u xorb bi prezzijiet raġjonevoli kif ukoll kids areagħat-tfal. Wieħed jistgħa wkoll jsegwi il-logħob tal-World Cup fuq Big Screen apposta, u fl-istess ħin jkun qed jgħin din il-kawża.

Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru kemm personalment fid-Dar tal-Providenza, kif ukoll billi wieħed jċempel fuq:

5160 2011 – Donazzjoni ta’ €10

5170 2012 – Donazzjoni ta’ €15

5180 2013 – Donazzjoni ta’ €25

SMS – 5061 8944 – Donazzjoni ta’ €6.99

BOV Mobile Pay – 79324834