Laferla b’donazzjoni lid-Dar tal-Providenza
Laferla għamlu donazzjoni ta’ €1,200 lid-Dar tal-Providenza bħala parti mill-inizjattiva tal-kumpanija li jgħinu lil min hu fil-bżonn. Kull xahar l-impjegati jkollhom ‘Dress Down Days’ li matulhom jinġabru fondi li magħhom tiżdied l-għotja mid-Diretturi u dawn jingħataw lil organizzazzjoni volontarja li tingħażel mill-impjegati stess.
Bl-għotja tagħhom, it-tim ta’ Laferla jittamaw li jgħinu lid-Dar tal-Providenza fil-ħidma xejn faċli tagħha. Keith Laferla, d-Direttur Esekuttiv ta’ Laferla qal hekk: “Aħna kommessi li nkomplu ngħinu u nagħtu lura lill-komunità kull meta u kull fejn ikun hemm il-ħtieġa.
Żied jgħid li huma kburin bil-grupp ta’ mpjegati li għandhom li jieħdu din l-inizjattiva bil-qalb b’turija li l-kultura ta’ responsabbiltà soċjali li tħaddan il-kumpanija hija tassew it-timbru rappreżentattiv ta’ Laferla. Minħabba COVID-19 kellhom jadattaw id-‘Dress Down Days’ skont is-sitwazzjoni imma l-għan ewlieni li jinġabru fondi meħtieġa baqa’ l-istess.
Id-Dar tal-Providenza hija magħrufa għas-servizzi residenzjali li toffri lill-persuni b’diżabilità. Id-Dar tilqa’ fiha aktar minn 100 resident ta’ kull età waqt li toffri wkoll servizzi ta’ respite, pixxina terapewtika, servizzi ta’ fiżjoterapija u bosta attivitjiet oħra għar-residenti tagħha. Individwi u kumpaniji jistgħu jagħmlu donazzjoni lid-Dar billi jidħlu fil-website www.sabihlitaghti.com.
B’din l-għotja Laferla jħossu li kien bidu pożittiv għas-sena 2021 għax huwa konferma tal-impenn tagħhom għal responsabbiltà soċjali waqt li jinkoraġġixxu kumpaniji oħra li jagħmlu l-istess.
Laferla hija kumpanija ewlenija fis-settur tal-assikurazzjoni f’pajjiżna.
This post is also available in: English