Logħba volleyball minn membri Parlamentari b’risq id-Dar tal-Providenza
Id-Dar tal-Providenza bi preparazzjoni għall-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar, li din is-sena se ssir bejn it-18 u l-20 ta’ Lulju 2025, organizzat logħba volleyball li fiha ħadu sehem membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati. Din il-logħba saret nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju, fil-Mediterranean College of Sports, fi ħdan il-kumpless Sportiv ta’ San Alwiġi, Birkirkara.
Il-membri parlamentari li attendew kienu; l-Onor. Carmelo Abela, l-Onor. David Agius, l-Onor Mark Anthony Sammut, l-Onor. Reminda Baldacchino Zarb, l-Onor. Eve Borg Bonello, l-Onor. Alicia Bugeja Said, l-Onor. Ryan Callus, l-Onor. Darren Carabott, l-Onor. Ivan Castillo, l-Onor. Katya De Giovanni u l-Onor. Jerome Caruana Cilia.
Fi tmiem il-logħba, l-membri parlamentari flimkien taw donazzjoni lil Mons. Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza filwaqt li ħeġġew lill-pubbliku biex jattendu u jgħinu lid-Dar waqt il-Maratona tal-Volleyball li ser tinżamm fil-carpark tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.



