L-MEP Alex Agius Saliba jżur id-Dar tal-Providenza
Dan l-aħħar, l-MEP Alex Agius Saliba għamel żjara fid-Dar tal-Providenza. Huwa kien milqugħ minn Fr Martin Micallef, Direttur, u mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar. Huwa kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ għadd ta’ residenti u l-carers tagħhom u ra b’għajnejh servizzi lil toffri d-Dar bħall-pixxina terapewtika, il-kmamar multisensorjali, il-kċina u l-laundry fost oħrajn.
Is-Sur Agius Saliba iddeskriva d-Dar tal-Providenza bħala proġett uniku ta’ solidarjeta’ f’pajjiżna. Fuq il-Facebook tiegħu huwa ħeġġeġ lil kull min jista’ sabiex jgħin lil din id-Dar li tant tagħmel ġid fis-soċjetà Maltija.
Ir-resident Krisstian Gregory ippreżentalu hamper ta’ prodotti li jsiru mir-residenti li jattendu iċ-Ċentru Agrikolu San Isidor.
This post is also available in: English