Quddiesa b’sufraġju għal Mons. Mikiel Azzopardi
Nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju, id-Dar tal-Providenza flimkien mal-Azzjoni Kattolika Maltija organizzaw quddiesa b’sufragju għall-fundatur tad-Dar, Mons. Mikiel Azzopardi fl-okkażjoni tat-38 anniversarju mill-mewt tiegħu. Huwa kien miet fit-13 ta’ Mejju 1987 fl-eta ta’ 77 sena.
Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Assistent Ekkleżjastiku taż-Å»għażagħ Azzjoni Kattolika (ZAK) Fr Reuben Gauci, flimkien ma’ Mons. Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza. Għal din il-quddiesa kienu preżenti, r-residenti tad-Dar, impjegati, voluntiera, id-Direttorat tal-Azzjoni Kattolika Maltija u l-anzjani tar-residenza tal-anzjani li tmexxi l-Knisja, Casa Leone ta’ San Ä iljan.
Fl-omelija tiegħu, Fr Martin tkellem dwar il-kwalitajiet tar-Ragħaj it-Tajjeb u qal li dawn kienu riflessi f’nies li Alla bagħtilna bħala rigal fosthom il-mibki Papa Franġisku, lill-Papa l-ġdid, Iljun XIV u Mons. Mikiel Azzopardi. Mons. Micallef fakkar li llkoll kemm aħna msejjħa biex inkunu ragħajja skont il-qalb ta’ Alla, skont is-sejħa partikolari tagħna u fl-ambjenti kollha li fihom ngħixu u naħdmu.
Fl-aħħar tal-quddiesa, il-President tal-Azzjoni Kattolika Maltija, Marija Cachia, rringrazzjat lir-residenti u impjegati tad-Dar tal-Providenza tal-merħba li taw, kif ukoll lir-residenti ta’ Casa Leone li flimkien mal-persuni responsabbli mit-tmexxija tad-dar u tal-uffiċċju DjoÄ‹esan għad-Djar tal-anzjani laqgħu l-istedina biex jattendu. Dan hu appuntament li jinżamm ta’ kull sena mhux biss b’rispett lejn Mons Mikiel Azzopardi imma wkoll b’rispett lejn dak li jirrapreżenta. Kif Dun Martin qal fl-omelija tiegħu, Mons Azzopardi kien iqiegħed l-EvanÄ¡elju fi prattika speÄ‹jalment b’rispett lejn id-dinjità ta’ kull persuna sa mill-konÄ‹epiment għall-mewt naturali tagħha.
Il-Papa Ljun XIV fakkarna li Alla jħobb lil kulħadd mingħajr kundizzjoni. Forsi dawn huma kliem li bħala soċjetà neħtieġu niġu mfakkra fihom.



