Choirs’ Festival in aid of Id-Dar tal-Providenza

This year’s Choir Festival organized by Radio RTK in aid of Id-Dar tal-Providenza took place on Thursday, 2nd January under the big tent at the Home’s parking lot. A number of choirs took part in this year’s edition:

Mary’s Angels Choir of H’Attard, Ghaxaq Folk Ensemble, Sant’Infanzja Choir, Sant’Anna Choir, the St Francis School Choir of Bormla, Mirabitur Choir, the choir of the MUSEUM Society of Zurrieq, the choir of the Christ the King Parish of Paola, Gillian Attard Choir, Sine Macula Choir and the Kalkara Choir as well as the Mystic Dancers group.

Festival tal-Korijiet b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Jannar Radju RTK organizza l-Festival annwali tal-korijiet b’risq id-Dar tal-Providenza fid-Dar tal-Providenza stess. Din is-sena għal dan il-festival ħadu sehem dawn il-korijiet:

Mary’s Angels Choir ta’ Ħ’Attard, Għaxaq Folk Ensemble, Kor Sant’Infanzja, Kor Sant’Anna, Kor Skola St Francis ta’ Bormla, Kor Mirabitur, Kor Soċjeta’ MUSEUM – Żurrieq, Kor Parroċċa Kristu Re tar-Raħal Ġdid, Kor Gillian Attard, Kor Sine Macula, Kor Kalkara u ż-Żeffiena Mystic Dancers.

Festival tal-Korijiet b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Jannar Radju RTK organizza l-Festival annwali tal-korijiet b’risq id-Dar tal-Providenza fid-Dar tal-Providenza stess. Din is-sena għal dan il-festival ħadu sehem dawn il-korijiet:

Mary’s Angels Choir ta’ Ħ’Attard, Għaxaq Folk Ensemble, Kor Sant’Infanzja, Kor Sant’Anna, Kor Skola St Francis ta’ Bormla, Kor Mirabitur, Kor Soċjeta’ MUSEUM – Żurrieq, Kor Parroċċa Kristu Re tar-Raħal Ġdid, Kor Gillian Attard, Kor Sine Macula, Kor Kalkara u ż-Żeffiena Mystic Dancers.

Thanks

Thanks for you donation.

€932,837 raised during this year’s Feast of Generosity

€932,837 were raised during this year’s Feast of Generosity organised by RTK4Charity in aid of id-Dar tal-Providenza in Siggiewi. In spite of the uncertainty in the weather especially in the morning, huge crowds filled the big tent in the parking lot of the Home.

Read more

€932,837 inġabru waqt il-Festa ta’ Ġenerożità

€932,837 inġabru waqt Il-Festa ta’ Ġenerożità fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi organizzata minn RTK4Charity fl-Ewwel tas-Sena biex jinġabru fondi għad-Dar. Minn filgħodu sa tard bil-lejl, minkejja temp inċert ta’ filgħodu folol kbar ta’ Maltin imlew it-tinda kbira mtella’ apposta fil-parkeġġ tad-Dar. Għadd ta’ parroċċi organizzaw ġabriet speċjali u l-parroċċa taż-Żurrieq kienet minn ta’ quddiem bis-somma ta’ €10,450.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, irringrazzja lill-Awtoritajiet Civili u politiċi għall-appoġġ tagħhom u lil dawk kollha li ħadu sehem fl-organizzazzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità imma l-aktar lill-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’ oħra wera xita ta’ solidarjetà u ġenerożità mad-Dar tal-Providenza. Huwa qal li dawn il-fondi se jg]inu biex id-Dar tkompli tagħti ħajja xierqa u dejjem aħjar lir-residenti tagħha.

Matul il-jum, kien hemm żjarat mill-President ta’ Malta, Dr George Abela u s-Sinjura Abela; il-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat akkumpanjat mill-Ministru tas-Saħħa, Dr Godfrey Farrugia; il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, Dr Simon Busuttil; Mons. Arċisqof Pawl Cremona OP, l-Isqof Awżiljarju Mons Charles J. Scicluna. Żaret id-Dar fis-Siġġiewi l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Marie-Louise Coleiro Preca. L-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca kien indispost waqt li l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech bagħat messaġġ irrekordjat. Attendew ukoll għadd ta’ membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati.

Bħala parti mill-Festa ta’ Ġenerożità, inġabret is-somma ta’ €24,000 mill-irkant ta’ xogħlijiet tal-arti mogħtija minn aktar minn sittin artist lokali. Ħafna kienu dawk li għamlu l-offerti tagħhom online imma l-maġġoranza żaru d-Dar tal-Providenza.

Ix-xandira televiżiva bdiet fid-9.00am b’quddiesa mill-kappella tad-Dar u baqgħet sejra sa mhux ħażin wara nofs il-lejl meta tħabbret is-somma totali fost ferħ u briju ta’ l-għadd kbir ta’ volontiera li taw ħinhom għal din il-Festa ta’ Ġenerożità. PBS, ONE TV u, NET TV ingħaqdu f’ħinijiet twal fix-xandira diretta ta’ ftit aktar minn ħmistax-il siegha. Matul ix-xandira kien hemm programm sħie ta’ divertiment permezz ta’ kant minn kantanti ewlenin Maltin, entertainers u baned.