Bażar b’risq Id-Dar tal-Providenza
Id‑Dar tal‑Providenza, se torganizza Bażar b’risq id‑Dar…
Id-Dar tal-Providenza twaqqfet minn Mons. Michael Azzopardi fl-1965 bil-għan li toffri dar f’ambjent ta’ mħabba u li jixbah il-familja lill-persuni b’diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-familja tagħhom.
Id-Dar tal-Providenza minn kemm ilha mwaqqfa bdiet toffri servizzi ta’ residenza lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Dawn is-servizzi ivarjaw minn residenza permanenti jew temporanja jew servizzi oħra relatati mal-bżonnijiet tagħhom.
Id-Dar tal-Providenza tieħu isimha u l-kariżma tagħha mill-Evanġelju u hija primarjament organizzazzjoni li tipprovdi servizzi residenzjali lill-persuni b’diżabilità u hi impenjata li tagħtihom is-saħħa li jemmnu fihom infushom.