Donation by the Maltese American Community in the San Francisco Bay, California

On behalf of the Maltese American Community in the San Francisco Bay area, the Maltese Cross Foundation of California donated US$ 3,000 to Id-Dar tal-Providenza.

The presentation was made to Fr Martin Micallef, Director of the Homes by Mr Joe and Roberta Grima who were accompanied by their children Rachael, Justin, Nathan and Dustin.

Special thanks goes to Mr Louis Vella, President of the Maltese Cross Foundation of California who is also Honorary Consul of Malta in San Francisco. This is the Foundation’s annual appointment with id-Dar tal-Providenza.

Donazzjoni mill-Maltese Cross Foundation, f’San Francisco, California

F’isem il-Komunita’ Maltija-Amerikana tal-inħawi tal-Bajja ta’ San Frncisco, il-Maltese Cross Foundation ta’ Kalifornja għamlet għotja ta’ US$3,000 lid-Dar tal-Providenza.

Il-preżentazzjoni saret lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar mis-Sur Joe u s-Sinjura Roberta Grima li kienu akkumpanjati minn uliedhom Rachael, Justin, Nathan and Dustin.

Grazzi speċjali tmur lis-Sur Louis Vella, President tal-Maltese Cross Foundation ta’ Kalifornja li huwa wkoll il-Konslu Onorarju ta’ Malta f’San Francisco. Dan huwa appuntament annwali tal-Fondazzjoni mad-Dar tal-Providenza.

H.E. Mgr Vincent Costa, Bishop of Jundiai in San Paolo, Brazil pays visit to Id-Dar tal-Providenza

On Sunday, July 19th 2015, H.E. Mgr Vincent Costa, Bishop of Jundiai in Sao Paolo, Brazil paid a visit to Id-Dar tal-Providenza. He celebrated Mass in the Home’s chapel assisted by Fr Martin Micallef, Director of the Home, Fr Lino Cardona SJ together with Fr Silvio Andrei Rodrigues and Fr Ivan De Oliveira, two Brazilian priests who are accompanying the Bishop on his Malta visit.

L-E.T. Mons Isqof Vincent Costa, ta’ Jundiai f’San Paolo, fil-Brażil iżur Id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju 2015, l-E.T. Mons. Vincent Costa, Isqof ta’ Jundiai f’San Paolo, il-Brazil għamel żjara lid-Dar tal-Providenza. Huwa ċċelebra quddiesa fil-kappella tad-Dar flimkien ma’ Fr Martin Micallef Direttur tad-Dar, Fr Lino Cardona SJ kif ukoll ma’ Fr Silvio Andrei Rodriguez u Fr Ivan De Oliveira żewġ saċerdoti Brażiljani li qed jakkumpanjaw lill-Isqof fil-vjaġġ tiegħu f’Malta.

Fr Trevor Fairclough and Mr George Harrington attend international meeting of SPRED in Northern Ireland.

Fr Trevor Fairclough and Mr George Harrington recently attended an international meeting of SPRED (SPecial REligious Development) in Northern Ireland. Fr Fairclough and Mr Harrington are coordinators of SPRED at Id-Dar tal-Providenza in Siġġiewi.

The meeting was attended by Diocesan leaders of SPRED, who accompany persons with intellectual disability, to reflect on their experiences in order to renew their spiritual commitment to this mission after listening to each other. The fifty persons that attended came from all over the world: the United States of America, Australia, Mexico, South Africa and Europe. They all met together as equals to find ways and means to help each other to give a better quality service to persons with intellectual disability.

During this meeting, the delegates focussed on the elements of Water, Fire, Air and Earth. These basic elements are intrinsic to nature as we know it and are also used in all SPRED meetings with friends who are intellectually disabled.

This international meeting that is held every three years provides participants with continuous support as well as an opportunity to share experiences.

Fr Trevor Fairclough u s-Sur George Harrington f’laqgħa internazzjonali ta’ SPRED fl-Irlanda ta’ Fuq.

Fr Trevor Fairclough u s-Sur George Harrington dan l-aħħar ħadu sehem fil-laqgħa internazzjonali ta’ SPRED (SPecial REligious Development) jew Żvilupp Reliġjuż Speċjali fl-Irlanda ta’ Fuq. Fr Fairclough u s-Sur Harrington huma l-koordinaturi ta’ SPRED fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.

Għal-laqgħa attendew il-mexxejja djoċesani ta’ SPRED, li jakkompanjaw persuni b’diżabilità intellettwali, biex jirriflettu fuq l-esperjenzi tagħhom biex iġeddu l-impenn spiritwali tagħhom għal din il-missjoni wara li jkunu tħeġġu mix-xhieda u l-impenn ta’ xulxin. Fil-fatt il-ħamsin persuna li ħadu sehem kienu ġejjin mid-dinja kollha – l-Amerika, l-Awstralja, il-Messiku, l-Ewropa u l-Afrika t’Isfel. Dawn ġew flimkien fuq livell ugwali biex ifittxu modi kif jgħinu lil xulxin biex jagħtu servizz tajjeb ta’ kwalità fl-akkompanjament tagħhom ma’ persuni b’diżabilità intellettwali.

Din id-darba d-delegati ffukaw fuq l-elementi tal-Ilma, in-Nar, l-Arja u l-Art. Dawn l-elementi bażiċi jinstabu fit-tifsiliet kollha tan-natura. jinstabu wkoll fil-laqgħat kollha ta’ SPRED mal-persuni b’diżabilità intellettwali.

Din il-laqgħa internazzjonali ta’ kull 3 snin tagħti lill-parteċipanti appoġġ kontinwu u opportunità ta’ qsim ta’ esperjenzi.

Impjegata tad-Dar tal-Providenza tilqa’ l-isfida tal-“Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer”

Christine Ceci, impegata tad-Dar tal-providenza se tingħaqad ma’ 45 ċiklista fi sfida xejn faċli fejn se jkunu qed jaqdfu 1,000 kilometru f’sebat’ijiem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tad-“Daikin Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer”. Din l-isfida tibda fid-9 ta’ Lulju u tintemm fit-18 ta’ Lulju 2015.
Ir-rotta, li fil-parti l-kbira tagħha hi qalb il-muntanji, se tara liċ-ċiklisti jaqsmu mil-Liechtenstein għall-Iżvizzera, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Belġju, Franza u finalment l-Ingilterra meta ċ-ċiklisti jaslu f’Sutton.
It-tappa finali hi waħda simbolika marbuta mal-fatt li Sutton hu l-post li jilqa’ lill-Maltin li jitilgħu l-Ingilterra għall-kura. Propju dan hu l-għan taċ-ċiklisti Maltin, li jiġbru l-flus għat-trattament u r-riċerka tal-kanċer.
Min jixtieq jgħin liċ-ċiklisti jiġbru somma flus li tmur għar-riċerka fit-trattament tal-kanċer jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu online fuq www.alivecharity.com.

Donazzjonijiet jistgħu ukoll jintbagħatu permezz ta’ SMS fuq 50617364 (€2.33); 5061 8081 (€4.66); 5061 8913 (€6.99); u 5061 9208 (€11.65).
Wieħed jista’ wkoll jagħmel transazzjoni bankarja fuq dan il-kont: BOV 4002149804-6 Alive Charity Foundation – Bank’s Bic – VALLMTMT – IBAN- MT85 VALL 2201 3000 0000 4002 1498 046
Nawguraw lil Christine u lill-parteċipanti kollha kull suċċess.

An employee of Id-Dar tal-Providenza takes up the Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer

Ms Christine Ceci an employee of Id-Dar tal-Providenza will be joining a group of 45 cyclists in the Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer from the 9th to 18th July 2015 across seven countries.

The group will cycle approximately 150 km every day from the Alps to Sutton in the UK. The route will see the cyclists starting from Liechtenstein, crossing the Alps and Switzerland and heading into Germany. After crossing the Black Forest and the Alsace region of France as well as the Vosges Mountains, they will head into Luxembourg and cycle to Belgium. Crossing the English Channel to Dover, the cyclists will then finish the challenge at the Puttinu Cares Residence in Sutton.

The raised funds will go towards scientific research in children’s cancer at the University of Malta. Dr Pierre Schembri Wismayer will be conducting the research together with a team of researchers in collaboration with Mater Dei Hospital.

According to Dr Pierre Schembri Wismayer “Much of the research already funded by ALIVE is aimed at better understanding the cancer’s genetic background in Malta and how to best tackle it. This year, they will be funding research into actually treating cancers. And for this we are very thankful,”

The public can help this year’s team either by making a donation by logging on: www.alivecharity.com.

Donations can also be sent by SMS on 50617364 (€2.33); 5061 8081 (€4.66); 5061 8913 (€6.99); and 5061 9208 (€11.65).
Or via bank transfer: Account No – BOV 4002149804-6 Alive Charity Foundation – Bank’s Bic – VALLMTMT – IBAN- MT85 VALL 2201 3000 0000 4002 1498 046
We augur Christine and all the participants well.

Somma record ta’ €550,612 tinġabar waqt il-Maratona tal-Volleyball

Somma rekord ta’ €550,612 inġabret waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li nżammet fil-parkeġġ tad-Dar bejn il-Ġimgħa 3 u l-5 ta’ Lulju 2015.

Il-Maratona ġiet inawgurata mill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca President ta’ Malta il-Ġimgħa fil-għaxija.

Aktar minn 300 voluntier taw is-sehem tagħhom f’din il-maratona li kienu jinkludu 40 parteċipant li daħlu għall-isfida ta’ 53 siegħa ta’ logħob kontinwu ta’ Volleyball.
Il-maratona ta’ din is-sena kienet ukoll tagħmel parti mill-attivitiajiet li qed torganizza d-Dar biex tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar irringrazzja li dawk kollu li kienu involuti fis-suċċess ta’ din il-Maratona u mhux l-inqas lil-poplu Malti u Għawdxi li għal darba oħra wera kemm għandu għal qalbu id-Dar tal-Providenza. Hu qal li din il-maratona uriet biċ-ċar li l-ġenerożitá ta’ dik il-mara li tat l-ewwel mitt lira inbidlet f’ġenerożitá li tittieħed u li għada sa llum tgħin biex ir-residenti tad-Dar tal-Providenza jgawdu l-aqwa kwalita ta’ ħajja possibli f’ambjent li jirrispetta d-dinjita u d-drittijiet tagħhom.

Record sum raised in volleyball marathon

A record of €550,612* were raised in the BOV Volleyball Marathon held at Dar tal-Providenza. The marathon started on Friday and was inaugurated by the President of Malta and came to an end atmidnight on Sunday.

Over 300 volunteers provided their support to the marathon, which saw 40 players giving it all to raise the necessary funds for id-Dar tal-Providenza.

This year’s marathon was also part of the activities commemorating the 50th anniversary of id-Dar Tal-Providenza.

Fr Martin Micallef, thanked the Maltese for their constant support to Id-Dar tal-Providenza and its cause. Fr. Martin said that the funds raised are indicative of how much the Maltese love id-Dar Tal-Providenza and reiterated the commitment of offering the highest level of professional services for the residents of the home.

*The sum includes the funds collected during Friday’s edition of Xarbank.