Tackle4DTP

Teams made of up of priests, seminarians, politicians, employees of Radio RTK and St Vincent De Paule, members of the Malta Developers’ Association (MDA), Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), Confederation of Malta Trade Unions (CMTU) and the Malta Tourism Authority (MTA) took part in a football tournament in aid of id-Dar tal-Providenza.

The eight-team tournament, organised by Radio RTK, was held at the St Aloysius ground in Birkirkara and had its kick-off by Archbishop Emeritus, Mgr Pawl Cremona OP, in the presence of the Vicar General, Mgr Joe Galea Curmi and the Parliamentary Whips, Dr Godfrey Farrugia and David Agius.

On behalf id-Dar tal-Providenza, THANK YOU

Tackle4DTP

Timijiet magħmula minn saċerdoti, seminaristi, politiċi, ħaddiema ta’ Radju RTK u ta’ San Vinċenz De Paule, membri tal-Malta Developers’ Association (MDA), tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) u tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) ħadu sehem f’tournament tal-football b’risq id-Dar tal-Providenza.

It-tournament, organizzat minn Radju RTK, sar fil-grawnd ta’ San Alwiġi f’Birkirkara u ingħata bidu mill-Arċisqof Emeritu Mons Pawl Cremona OP, fil-preżenza tal-Vigarju Ġenerali, Mons Joe Galea Curmi flimkien mal-Whips Parlamentari, Dr Godfrey Farrugia u David Agius.

F’isem id-Dar tal-Providenza, GRAZZI

Inclusion at its best in Dar tal-Providenza Christmas Concert

The full cast of the play “Il-Presepju tan-Nannu”, a play that binds itself to the Christmas season written and directed by David Muscat. The main purpose was to see that there is inclusion between persons with disability and other established actors like veteran Joe Borg and up-and-coming youngsters wsho volunteered their time like Amy Camilleri and Nathaniel Attard and singer Gaia Cauchi who sang the Christmas song “O Bambin Ħelu” from the CD “Ħelu Bambin 2”.

Inklużjoni fl-aqwa tagħha fil-Kunċert tal-Milied tad-Dar tal-Providenza

Ir-ritratt juri l-atturi kollha tad-dramm “Il-Presepju tan-Nannu”, dramm marbut ma’ żmien il-Milied b’ kitba u direzzjoni ta’ David Muscat. L-għan ewlieni kien li jkun hemm inklużjoni bejn persuni b’diżabilità u atturi oħra stabbiliti fosthom l-attur veteran Joe Borg. Ma naqasx ukoll is-sehem tal-atturi tfal Amy Camilleri u Nathaniel Attard li għal darb’ohra għoġobhom joffru l-ħin tagħhom volontarjament biex jiehdu sehem bħalma għamlet ukoll il-kantanta Gaia Cauchi li kantat il-kanzunetta tal-Milied ‘O Bambin Ħelu’ mis-CD ‘Ħelu Bambin 2’.

Exhibition of Works of art at the foyer of Parliament Buildings

The works of art generously donated by a good number of Maltese and foreign artists is now open to the public at the foyer of our Parliament buildings in Valletta. The exhibition, which has around 130 pieces between paintings, sculptures and ceramics, will remain open till Monday, 26th December when it will be moved to the main hall at Id-Dar tal-Providenza to be auctioned off on January 1st. Last January the proceeds from the auction amounted to a record €35,000.

The exhibition was officially opened by Deputy Speaker, the Hon. Ċensu Galea who made reference to the vision of the the Home’s founder, Mgr Mikiel Azzopardi that showed the way for all Maltese to love and respect persons with disability.

Fr Martin Micallef, Director of Id-Dar tal-Providenza, thanked all the artists who have so generously donated their works of art, the Speaker of the House, Dr Anġlu Farrugia who had expressed his desire to have the exhibition held again at the Parliament buildings and the Deputy Speaker, Ċensu Galea who officially opened it. Fr Martin also thanked Eng Karl Camilleri, the coordinator of the auction and his team, Mrs Jackie Micallef who spent these last few weeks contacting the artists, Mr Stephen Barbara who is reponsible for the auction’s electronic site, Mrs Nadine Camilleri Cassano, Administrator of the Home as well as Mr Tonio Bonello and Mrs Cynthia Zerafa on behalf of Radio RTK. He also thanked Mr Pierre Grech Pillow and Mr John Zahra of Obelisk Auctioneers & Valuers, Mr Louis Zaffarese of Zaffarese Signs & Display Ltd and Mr Owen Sammut who services the auction’s website.

The public may also view the works of art by visiting the auction’s electronic site www.dtpauction.com and once registered may also be able to bid online. Those not using the online bidding process, on January 1st, the day of the auction, may call on the telephone numbers superimposed on the TV screeens during the broadcast of the Feast of Generosity. One may also do this personally by visiting the exhibits’ hall at Id-Dar tal-Providenza.

Tiftaħ il-wirja ta’ xogħlijiet tal-arti fl-intrata tal-Parlament

Ix-xogħlijiet tal-arti, li ngħataw minn għadd ta’ artisti Maltin u barranin, hija miftuħa għall-pubbliku fl-intrata tal-Parlament fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni, fejn hemm madwar 130 biċċa xogħol tal-arti bejn pitturi, skulturi u ċeramika, se tibqa’ miftuħa sat-Tnejn 26 ta’ Diċembru u mbagħad terġa’ tintrama fis-sala prinċipali tad-Dar tal-Providenza fejn fl-1 ta’ Jannar li ġej dawn ix-xogħolijiet ikunu irkantati. F’Jannar li għadda nġabret is-somma rekord ta’ €35,000 mill-bejgħ tal-biċċiet tal-arti.

Il-wirja infetħet mid-Deputat Speaker, l-Onor. Ċensu Galea li ta ġieħ lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, Mons Mikiel Azzopardi lil bil-viżjoni tiegħu wera t-triq lill-Maltin u l-Għawdxin biex ikollhom imħabba lejn il-persuni b’diżabilità.

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lill-artisti kollha li għoġobhom jagħtu il-bosta biċċiet sbieħ tal-arti, lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia li fil-ftuħ tal-ewwel wirja li saret is-sena l-oħra wera x-xewqa tiegħu li din l-esibizzjoni terġa ssir hemm, lid-Deputat Speaker l-Onor. Ċensu Galea li ġentilment fetaħ il-wirja. Huwa radd ħajr ukoll lill-Inġ. Karl Camilleri, l-Koordinatur tal-Irkant u lit-tim tiegħu. Ħajr speċjali jmur lis-Sinjura Jackie Micallef li għamlet dawn l-aħħar ġimgħat tikkuntattja lill-artisti. Ħajr ukoll lis-Sur Stephen Barbara li kull sena jkollu battikata biex jaġġorna s-sit elettroniku tal-irkant u jara li jaħdem sew; lis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, l-amministratur tad-Dar kif ukoll lis-Sur Tonio Bonello u s-Sinjura Cynthia Zerafa f’isem Radju RTK. Ħajr ukoll lis-Sinjuri Pierre Grech Pillow u Johan Zahra ta’ Obelisk Auctioneers and Valuers, lis-Sur Louis Zaffarese ta’ Zaffarese Signs & Display Ltd u lis-Sur Owen Sammut li jisservisja l-website tal-irkant.

Il-pubbliku jista’ jara wkoll dawn ix-xogħolijiet billi jżur is-sit elettroniku tal-Irkant: www.dtpauction.com fejn wara li jirreġistra wieħed jista’ wkoll jibbidja online. Min mhux se juża l-bidding online, dakinhar tal-irkant jista’ jċempel fuq in-numru tat-telefon li jkun jidher fuq l-iscreens tat-Television waqtit-trasmissjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità tal-ewwel tas-Sena. Wieħed jista’ ukoll jagħmel dan personalment fis-sala tal-irkant stess.

Feast of Generosity towards Id-Dar tal-Providenza on New Year’s Day

Details were given on the 21st edition of the Feast of Generosity that takes place every New Year’s Day. It is organised by RTK4Charity primarily to raise funds so that id-Dar tal-Providenza can continue to provide and improve on the services it offers.

Fr Martin Micallef, Director of Id-Dar tal-Providenza, explained the four main reasons behind the Feast of Generosity: to meet up with the residents, to see the capital projects, to raise the much needed funds but more importantly to spread the Home’s message that society has to respect persons with disability, treat them with the dignity they deserve and offer them choices and opportunities that everyone has a right to enjoy.

The Feast of Generosity kicks off at 9.00am with a Mass celebrated by Archbishop Mgr Charles J. Scicluna in the Home’s chapel. Focus will then be on the main stage under the big tent where there will be a spectacle of entertainment and interviews with various personalities who visit the Home during the day.

This year an auction of works of art kindly donated by over one hundred Maltese and foreign artists will again be held as part of the Feast of Generosity. The public will be able to view beforehand these works of art at an exhibition set up in the foyer of Parliament building in Valletta between the 15th and 26th December. Viewing will be between 9.00am and 5.00pm Monday to Friday whilst on the weekend doors are open between 9.00am and 1.00pm.

The exhibition will be officially opened by the Speaker of the House, Dr Anġlu Farrugia on Wednesday, 14th December at 5.00pm

On New Year’s Day they will then be displayed at Id-Dar tal-Providenza.  All those wishing to bid for the works of art may do so online on www.dtpauction.com between the 15th of December 2016 and 1st of January 2017.  On New Year’s Day there will also be the possibility for bidding by phone on  a number that will be texted on the TV screens during the broadcast on the main local TV stations. One may also visit the hall at Id-Dar tal-Providenza in Siġġiewi where the works may also be viewed. The catalogue with all the works ofart may be viewed on www.dtpauction.com as from the 15th December.

The CD Compilation ‘Ħelu Bambin 3’ is on sale in aid of Id-Dar tal-Providenza and is produced and written by Fr George Ocar Buttigieg OFM Conv. with the participation of various established Maltese singers. This year a video of one of the songs “O Divin Bambin” interpreted by Chiara and Ludwig Galea was shot in Greccio where St Francis created the first Christmas Crib, the Holy Crib at the Basilica of Santa Maria Maggiore in Rome, the Mdina Cathedral, at the monastery of the Benedictine nuns also in Mdina and at the Inquisitor’s Palace in Birgu. 

For the benefit of those who will not be able to visit id-Dar tal-Providenza, the whole telethon, that ends around midnight, will be relayed ‘live’ on the main television stations. Donations may be made at the Home in Siġġiewi, at Radio RTK studios in Blata l-Bajda or by phone as follows:

10 Donation                  –         516 02 012  

15 Donation                  –         517 02 013  

25 Donation                  –         518 02 014

SMS  €  7 Donation                  –         506 18 922     

Another speaker during the press conference was Mr Tonio Bonello, RTK Programmes Manager and coordinator of the Feast of Generosity who gave more details on what is planned to happen on New Year’s day.

Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza fl-ewwel ta’ Jannar 2017

Ingħataw dettalji tal-wieħed u għoxrin edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-Ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata minn RTK4Charity biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tal-Providenza tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha u ssaħħaħa. Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu (It-Tnejn, 12 ta’ Diċembru).

Fr Martin semma’ erba’ għanijiet għall-Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza: Li l-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar; li jara b’għajnejh xi proġetti u inizzjattivi importanti li saru jew qed isiru fid-Dar; li jinġabru fondi biex is-servizz siewi li tagħti d-Dar tal-Providenza jkun jista’ jibqa’ għaddej u jitjiebu u fl-aħħarnett, iżda mhux linqas, hu li jitwassal il-messaġġ li d-Dar tal-Providenza dejjem trid twassal: Is-soċjetà dejjem  trid tirrispetta lill-persuni b’diżabilità, titrattahom bid-dinjità li jixirqilhom u toffrilhom l-għażliet u l-opportunitajiet li kulħadd għandu dritt li jgawdi.  

Il-Festa ta’ Ġenerożità tibda fid-9.00am b’quddiesa minn Mons Arċisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar. Matul il-jum kollu fuq il-palk ta’ taħt it-tinda, ikun hemm spettaklu ta’ varjetà u intervisti ma’ għadd ta’ personalitajiet li jżuru d-Dar li jibqa’ sejjer sa nofsillejl.

Din is-sena se jerġa jsir irkant ta’ xogħolijiet tal-arti, ġentilment mogħtija minn ’l fuq minn mitt artist, kemm Maltin kif ukoll barranin. Dan se jsir bħala parti mill-Festa ta’ Ġenerożità tal-ewwel tas-sena.

Din is-sena, l-pubbliku  jista’ jara minn qabel dawn ix-xogħolijiet tal-arti f’wirja li se ssir fl-intrata tal-bini tal-Parlament bejn il-15 u s-26 ta’ Diċembru 2016.  Il-wirja tkun miftuħa kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00am sal-5.00pm waqt li s-Sibt u l-Ħadd il-ftuħ ikun bejn id-9.00am  u s-1.00pm.Il-wirja se tkun inawgurata mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Dr Anġlu Farrugia nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru fil-5.00pm.

Nhar l-1 ta’ Jannar, jum il-Festa ta’ Ġenerożità, dawn ix-xogħolijiet se jkunu wkoll esibiti fid-Dar tal-Providenza. Kull min jixtieq jieħu sehem f’dan l-irkant jista’ jibbiddja online fuq www.dtpauction.com bejn il-15 ta’ Diċembru 2016 u l-1 ta’ Jannar 2017.  Nhar l-1 ta’ Jannar wieħed jista’ wkoll jibbidja billi jċempel fuq in-numru li se jkun jidher waqt ix-xandira televiżiva tal-Festa ta’ Ġenerożità fuq l-istazzjonijiet ewlenin jew billi jiġi fis-sala tad-Dar tal-Providenza fejn se jsir l-irkant. Mill-15 ta’ Diċembru, wieħed jista’ faċilment jara l-katalgu sħiħ tax-xogħlijiet tal-arti billi jidħol fuq www.dtpauction.com

Is-CD Compilation, “Ħelu Bambin 3”, qed jinbiegħ b’risq id-Dar tal-Providenza, bi produzzjoni u kliem ta’ Fr George Ocar Buttigieg OFMConv, bis-sehem ta’ diversi kantanti stabbiliti Maltin. Din is-sena sar video ta’ waħda mill-kanzunetti “O Bambin Divin” kantata minn Chiara u Ludwig Galea. Inġibdu xeni fi Greccio fejn San Franġisk għamel l-ewwel presepju, il-Maxtura tal-Bambin fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma, il-Katidral tal-Imdina u l-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini ukoll fl-Imdina u l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu.

Ghal benefiċċju ta’ dawk li dakinhar ma jkunux jistghu iżuru d-Dar tal-Providenza, l-Kampanja li  taghlaq wara nofsillejl, se tkun trasmessa live fuq l-istazzjonijiet televiżivi. Donazzjonijiet jistghu jsiru fl-istess Dar tal-Providenza, fl-istudjos ta’ Radju RTK fil-Blata l-Bajda jew permezz tat-telefon.  

Donazzjonijiet jistghu jsiru bit-telefon:

                  Donazzjoni         €10            –        516 02 012  

Donazzjoni         €15            –        517 02 013  

Donazzjoni         €25            –        518 02 014

SMS Donazzjoni         €7              –        506 18 922     

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tkellem wkoll is-Sur Tonio Bonello, Manager Programmi ta’ Radju RTK u l-koordinatur tal-Festa ta’ Ġenerożità li ta dettalji ta’ x’se jiġri fl-ewwel ta’ Jannar.

Għawma b’risq Id-Dar tal-Providenza fis-Sunny Coast Lido fil-Qawra

Aktar minn tletin persuna dalgħodu ma ddejqux jaqbżu l-baħar fis-Sunny Coast Lido fil-Qawra b’risq Id-Dar tal-Providenza. Minkejja li t-temperatura tal-baħar hi biss 19-il grad Celsius it-temp sabiħ għen biex l-għawwiema ma jaħsbuhiex darbtejn u jaqbżu l-baħar għad-Dar tas-Siġġiewi.

Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem fil-qabża għall-karità kif ukoll lil Manuel Calleja u Alfred Calleja li f’idejhom kienet din l-inizjattiva u lill-Management tas-Sunny Coast Lido. Kelma ta’ ringrazzjament saret ukoll  lis-St John Ambulance Brigade u l-Protezzjoni Ċivili li kienu hemm f’każ li jkunu meħtieġa.

Charity Swim in aid of Id-Dar tal-Providenza at the Sunny Coast Lido in Qawra

Charity Swim in aid of Id-Dar tal-Providenza at the Sunny Coast Lido in Qawra

More than thirty people braved the sea at the Sunny Coast Lido in Qawra in aid of Id-Dar tal-Providenza. Despite the frigid waters at 19 degrees Celsius the beautiful weather encouraged the swimmers not to think twice before diving in, all for the Siġġiewi Home.

Fr Martin Micallef, Director of Id-Dar tal-Providenza, thanked all those who decided to take the dive as well as Manuel Calleja and Alfred Debono on whose initiative the swim was held and the Management of the Sunny Coast Lido. A word of thanks also went to the St John Ambulance Brigade and the Civil Protection who were there just in case they were needed.