Opportunità ta’ Xogħol

Vacancies

Paderborn Auxiliary Bishop Mgr Matthias Kõnig at Id-Dar tal-Providenza

Auxiliary Bishop of the Archdiocese of Paderborn, Mgr Matthias Kõnig visited Id-Dar tal-Providenza with a group of pilgrims from his Diocese. He led a Eucharistic Celebration in the Home’s chapel and later the group visited the museum and the grave of Dun Mikiel Azzopardi, the Home’s founder. During their week’s stay in Malta they met our Archbishop Pawl Cremona OP and amongst other activities they visited Gozo’s Arka Foundation and Bishop Kõnig also celebrated Mass for the group at Ta’ Pinu Sanctuary. The group also found time to visit various places of interest including Valetta and Mdina.

L-Isqof Awżiljaru ta’ Paderborn Mons Matthias Kõnig fid-Dar tal-Providenza

L-Isqof Awżiljaru tal-Arċidjoċesi ta’ Paderborn fil-Ġermanja, Mons Matthias Kõnig żar Id-Dar tal-Providenza ma’ grupp ta’ ħamsa u tletin pellegrin mid-Djoċesi tiegħu. Huwa mexxa Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-kappella tad-Dar u wara l-grupp ta’ pellegrini żaru l-mużew u l-qabar ta’ Dun Mikiel Azzopardi, l-fundatur tad-Dar. Fil-ġimgħa li damu Malta huma kellhom laqgħa mal-Arċisqof tagħna Pawl Cremona OP u fost affarijiet oħra żaru l-Arka Foundation waqt li l-Isqof Kõnig iċċelebra quddiesa għall-grupp fis-Santwarju Ta’ Pinu. Huma sabu ħin iżuru wkoll postijiet turistiċi f’pajjiżna nklużi l-Belt Valletta u l-Imdina.

€900 miġbura mill-Junior Chamber of Advocates Football Tournament.

€900 ġew miġbura mill-Junior Chamber of Advocates mill-parteċipanti tat–Turnament tal-futbol li ġie organizzat b’riżq id-Dar tal-Providenza.
Il-preżentazzjoni saret mill-President tal JCA lilFr Martin Micallef Direttur tad-Dar tal-Providenza fl-Universita ta’ Malta.

Il-Junior Chamber of Advocates hjja branka fi ħdan il-Kamra tal-Avukati bil-għan li tirrapreżenta l-istudenti tal-Liġi.

€900 collected through the JCA Football Tournament.

€900 collected through the Junior Chamber of Advocated Football Tournament.were presented to Fr Martin Micallef, Director of Id-Dar tal-Providenza by the President of the Chamber at the University of Malta.

The Junior Chamber of Advocates is a new branch within the Chamber of Advocates and it strives to represent the Law students reading for the LL.D course.

Jibda jitqassam fid-djar id-Djar tad-Dar tal-Providenza

Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2015 qed jitqassam bħalissa f’kull dar ta’ Malta u Għawdex. Il-kumpanija Maltapost reġgħet ġentilment offriet li tqassam mingħajr ħlas id-djarji fid-djar kollha.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef qal li dan id-Djarju qed ifakkar l-okkazjoni speċjali tal-50 sena mit-twaqqif tad-Dar minn Mons Mikiel Azzopardi fit-12 ta’ Settembru 1965 b’artikli u ritratti. Huwa żied jgħid li “filwaqt li dan l-anniversarju għandu jgħinna napprezzaw dak li sar irid ukoll iħeġġiġna biex inħarsu ‘l quddiem u nkomplu nirrealizzaw il-Viżjoni, il-Missjoni u l-Valuri tad-Dar tal-Providenza fis-snin li ġejjin.”

Permezz ta’ dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa’ jintuża s-sena kollha, is-sostenituri ikollhom l-opportunita’ li juru s-solidarjeta’ tagħhom mad-Dar li toffri residenza lil mija u sebgħa persuni b’diżabilita’ bl-aħjar ambjent li jgħin fl-iżvilupp tagħhom. F’dawn l-aħħar ġimgħat għadd kbir ta’ volontiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t’id fl-ippakkjar ta’ dawn id-djarji f’envelopes apposta. Bħal fis-snin l-imgħoddijja, minbarra l-kalendarju dettaljat, id-djarju fih il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta’ matul il-ġimgħa fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex. Żdiedet ukoll il-lista tal-festi parrokkjali kollha fiż-żewġ gżejjer għas-sena ddieħla.

Ir-ritratt bil-kulur tal-qoxra huwa Mużajk. Xogħol ta’ Christopher Grima fuq disinn ta’ Kenneth Grima taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum, Aġenzija Sapport, Fleur-De-Lys.

Gasan Mamo Insurance u Middlesea Valletta Life Assurance Company Ltd. sponsorjaw l-istampar tad-djarju.

9 t’Ottubru 2014

Id-Dar tal-Providenza 2015 Diaries on the way to all households

The pocket diary of Id-Dar tal-Providenza for 2015 is currently being distributed in every household in Malta and Gozo. Maltapost has again offered to distribute the diaries free of charge.

Fr Martin Micallef, Director of id-Dar tal-Providenza, said this edition of the diary is commemorating the special occasion of the 50th Anniversary of the Home’s founding by Mgr Mikiel Azzopardi on 12th September 1965 with articles and photos. He added that “whilst this anniversary helps us appreciate what has been achieved it has to encourage us to look ahead to continue realizing the Vision, the Mission and the Values of Id-Dar tal-Providenza in the years to come.”

This diary, with its information that is useful throughout the whole year, provides an opportunity for a show of solidarity with the Home that offers residency with the right environment to one hundred and seven persons with disability so that they can foster their personal growth. Over the past few weeks many volunteers from all walks of life gave a helping hand to pack these diaries in special envelopes. As in previous years, apart from a detailed calendar, the diary includes the very useful timetable for daily and Sunday masses in all churches in Malta and Gozo. A list highlighting all the parish feasts in these islands has also been included.

The coloured photo on the cover is a Mosaic. The work of Christopher Grima on a design bu Kenneth Grima both of the Day Centre of Aġenzija Sapport in Fleur-De-Lys.
Middlesea Valletta Life Assurance Company Ltd. And Gasan Mamo Insurance sponsored the printing of the diary.

9th October 2014

Archbishop Pawl Cremona O.P. meets the Sisters of Charity at id-Dar tal-Providenza

Archbishop Pawl Cremona O.P. recently visited the community the Sisters of Charity at id-Dar tal-Providenza as part of his Pastoral Visit in the Parish of Siġġiewi.

When Mgr Michael Azzopardi was preparing to open Villa Mgr Gonzi, the first home for persons with disability in Malta, he requested the Superior General of the Sisters of St Joan Antide Thouret in Rome to give her blessing to the Maltese Provincial to open a community of the Congregation at Id-Dar tal-Providenza. The Superior General accepted his petition and on January 12, 1968, a month before the first residents were welcomed at Villa Mgr Gonzi, a small community of the Sisters of St Joan Antide Thouret, known as The Sisters of Charity, was established at the Home in Siġġiewi. Since then, this community has supported residents with impressive dedication and care.
(Photo: Photo City)

Mons. Arċisqof Pawl Cremona O.P. jiltaqa’ mal-komunità tas-Sorijiet tal-Karità fid-Dar tal-Providenza

Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. dan l-aħħar żar il-komunità tas-Sorijiet tal-Karità fid-Dar tal-Providenza bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fis-Siġġiewi.

Meta Mons Mikiel Azzopardi kien qed iħejji biex jiftaħ il-bibien ta’ Villa Mons Gonzi, l-ewwel dar għall-persuni b’diżabilità f’Malta, kien talab lis-Superjura Ġenerali tas-Sorijiet ta’ St Joan Antide Thouret f’Ruma biex tagħti l-permess tagħha biex il-Provinċja Maltija tiftaħ komunità fid-Dar tal-Providenza. Is-Superjura Ġenerali laqgħet it-talba tiegħu u fit-12 ta’ Jannar 1968, xahar qabel l-ewwel residenti ġew milqugħa f’Villa Mons Gonzi, komunità żgħira ta’ sorijiet ta St Joan Antide Thouret, magħrufa aħjar bħala s-Sorijiet tal-Karità, bdiet tgħammar fid-Dar fis-Siġġiewi. Minn dakinhar ‘l hawn, din il-komunità ħadet ħsieb ir-residenti b’dedikazzjoni u kura liema bħalha.
(Ritratt: Photo City)