Applications for players and volunteers for Volleyball Marathon 2016 in aid of Id-Dar tal-Providenza are opened.

Applications for players and volunteers who would like to participate in this year’s edition of the Volleyball Marathon in aid of Id-Dar tal-Providenza are open. The Marathon will kick off on Friday 1st July at 6.30pm in the car-park at Id-Dar tal-Providenza and come to an end at 11.30pm on Sunday 3rd July after 53 hours of continuous play. Applications for players close on Friday 20th May 2016.

Training sessions for players start on Wednesday 25th and will he held on consecutive Mondays and Wednesdays between 5.30p.m. and 8.00p.m and on Saturdays between 2.00p.m. and 5.00p.m.
Training sessions will be split in three phases. The first phase aims at familiarising the participants with the very basics of volleyball skills and the rules of the game. The second phase aims at intensifying the technical skills with the ball. The third phase of training helps in selecting the players who are physically fit to join the teams who will make it to the marathon challenge.

The Volleyball Marathon is a challenge which all sports enthusiasts should go for.

All those who are interested in participating as players or volunteers can apply online on https://goo.gl/Skhvrg.

 

L-applikazzjonijiet għall-players u l-volontiera li jixtiequ jkunu parti mill-Maratona tal-Volleyball 2016 b’risq Id-Dar tal-Providenza huma miftuħa.

L-applikazzjonijiet għall-players u l-volontiera li jixtiequ jieħdu sehem fil-Maratona tal-Volleyball b’risq Id-Dar tal-Providenza ta’ din is-sena huma miftuħa. Il-Maratona ser tibda nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Lulju fis-6:30pm fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza u tibqa’ sejra sal-Ħadd it-3 ta’ Lulju fil-11:30pm meta jintemmu t-53 siegħa ta’ logħob kontinwu. L-applikazzjonijiet għall-players jagħlqu nhar il-Gimgha l-20 ta’ Mejju 2016.

Is-sessjonijiet ta’ taħriġ għall-players jibdew nhar il-Erbgħa s-25 ta’ Mejju u jkunu nhar ta’ Tnejn u Erbgħa bejn il-5:30pm u t-8:00pm u s-Sibtijiet mis-2:00pm sal-5:00pm.
It-taħriġ ser jinqasam fi tliet fażijiet. L-ewwel fażi twassal biex il-parteċipanti jsiru iżjed familjari mat-teknika bażika u r-regoli tal-logħba. It-tieni fażi żżid fl-intensità tal-istess tekniki mal-ballun. It-tielet fażi tgħin biex jintgħażlu l-players li jkunu fiżikament ippreparati biex jingħaqdu mat-timijiet li ser ikunu parti mill-isfida tal-Maratona.

Il-Maratona tal-Volleyball hija sfida li għandha tattira lil kull min hu sportiv.

Dawk kollha interessati li jieħdu sehem kemm bħala players kif ukoll bħala volontiera għandhom japplikaw online fuq https://goo.gl/Skhvrg

Aktar minn €500 minn Fun Walk mill-iskola Primarja tas-Siġġiewi lid-Dar tal-Providenza

Il-Ħadd 24 ta’ April 2016, il-kumitat tal-EcoSkola tal-iskola primarja tas-Siġġiewi (Kulleġġ Sant’ Injazju) immexxi minn Ms Sephorah Sultana, organizzaw Fun Walk fejn inġabru aktar minn €500 b’risq id-Dar tal-Providenza.

Il-mixja bdiet mill-iskola tas-Siġġiewi fid-disa’ ta’ filgħodu u għaddiet mit-toroq tas-Siġġiewi sad-Dar tal-Providenza. Mal-wasla tagħhom, studenti, staff, ġenituri u r-residenti tad-Dar tal-Providenza attendew għal quddiesa mmexxija min Fr Martin Micallef, direttur tad-Dar, fil-misraħ San Giovanni XXIII quddiem il-kappella.

Fi tmiem il-quddiesa, il-kap tal-iskola Ms Natalie Saliba ippreżentat l-għotja li nġabret mill-parteċipanti ta’ din il-Fun Walk li ġiet organizzata għar-raba’ sena konsekuttiva b’risq id-Dar tal-Providenza.

Siġġiewi Primary School donates over €500 from Fun Walk towards id-Dar tal-Providenza

On Sunday, 24th April 2016, the EcoSchool committee of the Siġġiewi Primary School (Sant’Injazju College), led by Ms Sephorah Sultana, organised a Fun Walk in aid of Id-Dar tal-Providenza that ended up with over €500 being donated to the Home. The walk started from the Siġġiewi school at nine in the morning and passed through the village’s roads to Id-Dar tal-Providenza. Students, staff, parents and residents congregated at the Misraħ San Giovanni XXIII in front of the chapel and attended a Eucharistic celebration led by Fr Martin Micallef, director of the Home.

At the end of the Mass, the Head of School Ms Natalie Saliba presented the donation that was collected by the participants in the Fun Walk.

This was the fourth consecutive year that the Fun Walk has been organised in aid of Id-Dar tal-Providenza.

Seminar f’Malta għall-katekisti dwar l-inklużjoni tal-persuni bl-awtiżmu fil-laqgħat tal-katekiżmu u fil-quddiesa.

Fl-okkazjoni ta’ Jum l-Awtiżmu bejn l-1 u t-2 ta’ April 2016, is-Segretarjat tal-Katekeżi fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta bl-appoġġ tad-Dar tal-Providenza u l-Uffiċċju Kateketiku tal-Konferenza Episkopali Taljana organizza Seminar f’Malta għall-katekisti dwar l-inklużjoni tal-persuni bl-awtiżmu fil-laqgħat tal-katekiżmu u fil-quddiesa. Għal dan il-Seminar ġew mistiedna Sr Veronica Amata Donatello, Fiorenza Pestelli u Maria Grazia Fiore, illkoll attivi fil-qasam tal-persuni b’diżabilità.

Il-kelliema mistiedna pproponew xi metodoloġiji inklussivi li jistgħu jintużaw fil-parroċċi. Fl-interventi tagħhom huma ffukkaw fuq it-tema tad-diżabilità permezz ta’ ħidma formattiva teorika fl-aspetti ekkleżjali, spiritwali u xjentifiċi.
Fl-ewwel jum tal-Seminar, Sr Veronica Amata Donatello, responsabbli mill-Uffiċċju Kateketiku tal-Konferenza Episkopali Taljana u bint ta’ ġenituri nieqsa mis-smigħ kif ukoll oħt persuna b’diżabilità intellettwali, tat eżempji ta’ kif ħafna persuni b’diżabilità jħossuhom esklużi mill-parteċipazzjoni attiva fil-komunitajiet parrokkjali minħabba attitudnijiet negattivi u x’jista’ jsir biex dawn iħossuhom verament inklużi. Hija kkwotat għadd ta’ dokumenti tal-Knisja li jħeġġu l-komunitajiet ta’ fidi biex kemm jista’ jkun possibli jeżaminaw u jevalwaw is-sitwazzjoni u jinkludu lil persuni b’diżabilità biex jintgħeleb il-preġudizzju soċjali kontrihom.

Is-Sinjura Fiorenza Pestelli, għalliema tar-reliġjon, tkellmet dwar id-dimensjoni spiritwali tal-persuna b’diżabilità li tistiednek tirrifletti fuq il-ħarsa ta’ Alla lejn il-bniedem li tħares il-bogħod mill-limiti.
Fl-aħħar, is-Sinjura Maria Grazia Fiore, omm ta’ żewġt itfal bl-awtiżmu u esperta fil-komunikazzjoni, tkellmet dwar it-tipi ġodda ta’ komunikazzjoni u lingwaġġ li jistgħu jintużaw speċjalment ma’ dawk il-persuni bl-awtiżmu.

Fit-tieni jum, imbagħad, saru workshops bil-ħsieb li dawk li kienu qed jieħdu sehem jakkwistaw għarfien ta’ mod ġdid ta’ kif għandhom iwasslu l-fidi u l-Kelma ta’ Alla lill-persuni b’diżabiltà intelletwali. Is-Sinjura Maria Grazia Fiore tat eżempji konkreti ta’ kif jistgħu jingħelbu id-diffikultajiet ta’ komunikazzjoni tipika fil-qasam tal-awtiżmu. Spjegat ukoll kif tista’ tikkomunika permezz ta’ viżwali u lingwaġġi ġodda bħalma hija l-Komunikazzjoni Alternattiva u Awmentattiva.

Matul is-seminar, il-katekisti li ħadu sehem urew interess kbir u parteċipazzjoni ħajja tant li fit-tmiem tal-jumejn ta’ djalogu ħarġet il-ħtieġa ta’ aktar studju fil-fond tat-temi mqanqla u ta’ aktar formazzjoni b’laqgħat oħra ta’ dixxerniment u diskussjoni.

Seminar in Malta for catechists on the inclusion of persons with autism in catechetical formation and the mass.

Between the 1st and 2nd of April on the occassion of Autism Awareness Day, the Secretariat for Catechesis within the Archdiocese of Malta in collaboration with Id-Dar tal-Providenza and the Catechetica Office within the Italian Episcopal Conference organised a two-day Seminar for cathecists on the inclusion of persons with autism in catechetical formation and the mass.  The guest speakers for this seminar were Sr Veronica Amata Donatello,  Fiorenza Pestelli and Maria Grazia Fiore who are all active in the disability field.

They proposed some inclusive methodologies that may be used in parishes.  The interventions focused on the subject of disability by means of theoretic formative action in ecclesial, spiritual and scientific aspects.

On the first day of the seminar, Sr Veronica Amata Donatello, resposible for disability issues within the Italian Episcopal Conference gave concrete examples of how persons with disabilities can feel excluded from active and full participation within their parish communities due to negative attitudes.  She went through Church documents which encourage faith communities to examine, evaluate and include persons with disabilties and to eliminate social prejudice against them.

Ms Fiorenza Pestelli, a religion teacher, spoke about the spiritual dimension of persons with disabilities that can only be found by reflecting on the way God looks at man beyond any limits.

Finally, Dr Grazia Fiore, a communications expert and mother of two siblings with autism spoke about the new types of communication and language that can be used especially with persons having autism spectrum disorder.

A workshop was held on the second day so that those taking part can acquire new ways and means to communicate faith and the Word of God. Ms Fiore gave concrete examples of how to overcome difficulties in typical communications where autism is concerned. She also explained how one can communicate using visuals and new languages as used in Alternative and Augmentive Communication.

During the seminar, those taking part showed a great interest and participated actively so much so that at the end of the two-day meeting it was found necessary to have a more profound study of the topics brought up and for more formation with other discernment and discussion meetings.

Presentation of donations collected during two concerts by the St Paul Chamber Ensemble.

On Tuesday 29 Aprial 2016, the St Paul Chamber Ensemble presented a donation Fr Martin Micallef Director of Id-Dar tal-Providenza collected during two concerts in aid of the Home.

Under the direction of Chev Mro Mark Agius the orchestra and its singers performed two concerts featuring sacred workds in aid of Id- Dar tal-Providenza organized in collaboration with the Attard and the Siġġiewi Local Council, the Order of St John of Jerusalem, Knights Hospitaller – Russian Grand Priory of Malta and the Grand Priory of Malta of the Sovereign Hospitaller Order of St John of Jerusalem – Knights of Malta.

Preżentazzjoni ta’ donazzjoni miġbura waqt żewġ kunċerti mtella’ mis-St Paul Chamber Ensemble

Nhar it-Tlieta 29 ta’ April 2016, is-St Paul Chamber Ensemble ippreżenta d-donazzjoni lill Fr Martin Micallef Direttur tad-Dar tal-Providenza, liema donazzjoni kienet miġbura waqt żewġ kunċerti mtella’ b’risq id-Dar.

Taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Chev Mro Mark Agius, l-orchestra u-kantanti tagħha tellgħu dawn iż-żewġ kunċerti ta’ Mużika Sagra bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli lokali ta’ H’Attard u s-Siġġiewi, il-Gran Prijorat Russu tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm u l-Gran Prijorat ta’ Malta tal-Ordni Sovran Ospitalijier tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm.

Fr Cyril Axelrod f’Malta biex iniedi l-awtobijografija tiegħu b’risq id-Dar tal-Providenza

Fr Cyril Axelrod huwa patri Redemptorist li kien l-ewwel persuna kattolika fid-dinja li twieled b’nuqqas ta’ smigħ u sar saċerdot. Fr Cyril jinsab Malta fl-okkażjoni tal-publikazzjoni bil-Malti tal-ktieb tiegħu “And The Journey Begins”. L-awtobijografija ta’ Fr Cyril inqalbet għall-Malti minn Fred Bezzina bit-titlu “U JIBDA L-VJAĠĠ”.

Fr Cyril, li twieled fl-Afrika ta’ Isfel fi ħdan familja Ortodossa Lhudija, jirrakkonta kemm fit-tfulija tiegħu kien isibha diffiċċli biex jikkomunika mal-ġenituri tiegħu iżda bil-għajnuna tal-għarfien tal-Lingwa tas-Sinjali hu kien irnexxielu jieħu edukazzjoni tajba bħal ħaddieħor.
Meta kiber iddeċieda li jitgħammed fi ħdan il-Knisja Kattolika u wara beda l-istudju tiegħu għas-saċerdozju.

F’dan il-ktieb huwa jitkellem dwar il-ħidma tiegħu fost il-persuni nieqsa mis-smigħ u l-persuni għomja u nieqsa mis-smigħ. Huwa tgħallem tmien lingwi tas-sinjali indiġeni. Fi żmien l-Apertheid irnexxielu jwaqqaf skola f’Soweto għal persuni ta’ razez differenti nieqsa mis-smigħ, hostel fi Pretoria għal persuni nieqsa mis-smigħ li ma kellhomx dar kif ukoll ċentru ta’ taħriġ għad-dinja tax-xogħol għall-persuni nieqsa mis-smigħ f’Cape Town

Wara li kien għalaq l-erbgħin sena it-tobba qalulu li kellu l-Usher Syndrome, kundizzjoni li kellha twasslu biex bil-mod il-mod jitlef id-dawl kif fil-fatt ġralu. Minkejja dan Fr Cyril qatt ma qata’ qalbu u llum qed jaħdem fl-Ingilterra fost il-persuni nieqsa mis-smigħ u li bħalu huma għomja ukoll.

Fl-okkażjoni tal-ftuħ tar-raba’ dar tad-Dar tal-Providenza fil-komunità taż-Żurrieq, Fr Cyril ippreżenta kopja tal-awtobijografija tiegħu lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Dr Justyne Caruana.

“U JIBDA L-VJAĠĠ” jista’ jinxtara minn Horizons, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi (tel: 21441604), mid-Dar tal-Providenza jew mill-Uffiċċju tagħha fi 244, Triq San Pawl il-Belt Valletta għall-prezz ta’ €15. Min irid jibbukkja kopja iffirmata jista’ jibgħat email fuq info@dartalprovidenza.org

Il-qliegħ minn dan il-ktieb se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza. Min irid jibbukkja kopja iffirmata jista’ jibgħat email fuq info@dartalprovidenza.org

Fr Cyril Axelrod in Malta to launch his autobiography in aid of Id-Dar tal-Providenza

Fr Cyril Axelrod is a Redemptorist friar who was the first catholic person in the world who was born deaf to become a priest. Fr Cyril is in Malta to launch his autobiopgraphy “And The Journey Begins”. The book was translated into Maltese by Fred Bezzina and entitled “U JIBDA L-VJAĠĠ”.

Fr Cyril, who was born in South Africa of a Jewish Orthodox family, writes about how much he found it difficult in his younger days to communicate with his parents but then with the help of getting to understand the Sign Language he succeeded in having a good education like everyone else.

In his book he speaks about his work amongst deaf persons as well as blind persons who were also deaf. He learnt eight indigenous sign languages. During the time of apartheid, he succeeded in setting up a school in Soweto for deaf persons of different races, a hostel in Pretoria for deaf people who didn’t have a roof over their head as well as a training centre in Cape Town to prepare deaf people to enter the work force.

When he was forty years of age, doctors diognosed him with the Usher Syndrome. A condition that slowly but surely leads to blindness as has actually happened. This notwithstanding, Fr Cyril never gave up and today he works in England amongst deaf persons who, like him, are also blind.

On the occasion of the official opening of the fourth home by Id-Dar tal-Providenza, this time in the community of Żurrieq, Fr Cyril presented a copy of his autobiography to the Parliamentary Secretary for the Rights of Persons with Disability and Active Aging, Dr Justyne Caruana.

“U JIBDA L-VJAĠĠ” may be purchased from Id-Dar tal-Providenza in Siġġiewi or from Horizons, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi (tel: 21441604), from Id-Dar tal-Providenza or from its office in 244, St Paul’s Strett Valletta. All those who would like to order a signed copy can send an email on info@dartalprovidenza/org but not later than Tuesday 12 April 2016.

All proceeds from the sales of this book will go towards Id-Dar tal-Providenza.