Group of employees at The Westin Dragonara Resort volunteer their time at Id-Dar tal-Providenza

A Group of employees at The Westin Dragonara Resort spent a day at Id-Dar tal-Providenza helping out on various chores around the different buildings that make our Home in Siġġiewi. The Group was led by Ms Mariola Matyszkiewicz, Training and Operational Innovation Manager at The Westin. The Group also kindly made a donation before they left.

Grupp ta’ ħaddiema mill-Westin Dragonara Resort jagħtu ħinhom lid-Dar tal-Providenza

Grupp ta’ ħaddiema mill-Westin Dragonara Resort qattgħu ġurnata fid-Dar tal-Providenza jagħmlu diversi ħidmiet volontarji fil-binjiet li jagħmlu parti mid-Dar tagħna fis-Siġġiewi. Il-grupp kien immexxi minn Ms Mariola Matyszkiewicz, it-Training and Operational Innovation Manager tal-Westin. Qabel telqu, il-grupp ta’ ħaddiema taw donazzjoni li ġiet apprezzata.

Id-Dar tal-Providenza congratulates Maltese team that made it to Mt Everest’s highest peak

Id-Dar tal-Providenza congratulates Dr Gregory Attard, Matthew Xerri and Douglas Barbaro Sant who made it to Mt Everest’s highest peak, 8,848 metres above sea level. Unfortunately, Raphael Fenech Adami, the fourth team member had to abandon his ascent to the summit. Fr Martin Micallef, Director of the Home, thanks the whole team for taking on this gruelling adventure in aid of Id-Dar tal-Providenza. They are hoping to raise €30,000. If you wish to make a donation kindly visit www.everest14.com/charity.

Id-Dar tal-Providenza tifraħ lit-tim Malti li wasal sal-quċċata tal-Muntanja Everest

Id-Dar tal-Providenza tifraħ lil Dr Gregory Attard, Matthew Xerri u Douglas Barbaro Sant li rnexxielhom jitilgħu sal-quċċata tal-Muntanja Everest, 8,848 metri il-fuq mill-livell tal-baħar. Sfortunatament, Raphael Fenech Adami, ir-raba’ membru tat-tim kellu jabbanduna l-attentat li jasal sal-quċċata. Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, jirringrazzja lill-membri kollha tat-tim li daħlu għal din l-avventura iebsa b’risq Id-Dar tal-Providenza. Huma qed jittamaw li jirnexxielhom jiġbru €30,000. Għadek tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek billi tidħol fil-website www.everest14.com/charity.

A fun-filled day for all the family at Montecristo Estates in aid of Id-Dar tal-Providenza

For the first time ever, the entire grounds at Montekristo Estate in Hal Farrug are going to be open to the general public. This will be next Sunday, 1st June, with the aim of collecting funds for Dar tal-Providenza.

The Montekristo experience is a unique one owing to the vast range of activities and shows spread over the 400 tumolo estate. The whole family will be entertained with various attractions, including the Montekristo Equestrian Club that are organizing a horse jumping and dressage show specifically for this event.

The general public will be allowed to visit the transport museum in which one finds a considerable number of carts, carriages and other modes of transport used in the days of old in Malta.

One can also visit the Animal Park in which there are over 100 different species of animals that are sure to grab the attention and excitement of both adults and children.

Activities during this open day include:
Zumba
Face Painting for Children
Classic Cars Exhibit
Pony Rides
Falcon Shows
Bouncy Castles
Food Stalls
And Much More

The estate itself, built using recycled stone, houses various masterpieces of local artists, as is the bronze fountain by the sculptor Chris Ebejer. The estate grounds also offer areas of relaxation together with various food and drink stalls that are all ingredients leading to a great day out for the family.

The entrance fee is that of €5 which will all go as a donation to Dar tal-Providenza. Children under the age of 12 are free.

Opening hours are from 1000hrs through 2100hrs. Please call on 99270581 for more information.

Ġurnata għall-familja kollha f’Montekristo Estates b’risq id-Dar tal-Providenza

Għall-ewwel darba, il-premissi kollha ta’ Montekristo f’Ħal Farruġ ser ikunu miftuħa għall-pubbliku. Din l-attività ser issir nhar il-Ħadd li ġej, l-1 ta’ Ġunju, bl-għan li jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza.

L-esperejnza f’Montekristo hija waħda unika li toffri varjetà t’attivitajiet u spettakli mifruxin mal-premissi kollha. Ser ikun hemm attrazzjonijiet li jolqtu lill-familja kollha, fosthom is-show taż-żwiemel li ser jittella’ apposta mill-Montekristo Equestrian Club.

Il-pubbliku ġenerali jista’ wkoll iżur il-mużew tat-trasport fejn wieħed jista’ jsib numru konsiderevoli ta’ karrettuni, karrozzelli u tipi ta’ trasport oħrajn li kienu jintużaw f’Malta antika.
Wieħed jista’ wkoll iżur il-Park tal-Annimali fejn hemm iżjed minn 100 speċi t’annimali differenti li żgur li ser jiġbdu l-attenzjoni u l-interess kemm tal-kbar kif ukoll taż-żgħar.

L-attivitajiet waqt din l-open day jinkludu:
Zumba
Face Painting għat-tfal
Esebizzjoni ta’ karozzi klassiċi
Rikbiet fuq il-poni
Shows tal-falkun
Bouncy Castles
Ikel
U ħafna iżjed

Il-premissi stess, mibnija minn ġebel riċiklat, jiġbru fihom diversi kapulavuri t’artisti lokali, kif inhi l-funtana tal-bronż magħmula mill-iskultur Chris Ebejer. Il-post joffri wkoll żoni ta’ rilassament fejn l-ikel u x-xorb ma jonqsux. Dan kollu jagħmel ġurnata kompluta għal-familja kollha.

Il-ħlas mal-bieb huwa ta’ €5 bħala donazzjoni għad-Dar tal-Providenza. Tfal taħt it-tnax-il sena jidħlu b’xejn.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-10:00 sad-21:00. Għal iżjed informazzjoni tistgħu iċċemplu fuq 99270581.

Ċelebrazzjoni speċjali tal-festa ta’ San Isidor “Il-Bidwi”

Il-festa ta’ San Isidor “Il-Bidwi” ġiet iċċelebrata fil-15 ta’ Mejju fil-kappella tagħna fid-Dar tal-Providenza. San Isidor huwa l-Patrun tal-belt ta’ Madrid fi Spanja, fejn huwa midfun fil-Katidral, kif ukoll il-patrun taċ-Centru Agrikolu San Isidor li għandna fid-Dar tagħna fis-Siġġiewi. L-offerti fil-Quddiesa, li ġiet iċċelebrata minn Fr Trevor Fairclough, kienu kollha prodotti tal-ikel u ħxejjex min-Ċentru Agrikolu. F’dan iċ-Centru, ir-residenti tagħna jipproduċu għadd ta’ priservijiet u ħxejjex aromatiċi, iggwidati mill-Ability Promoters tagħhom.

San Isidor “Il-Bidwi” miet fl-1130. Huwa magħruf fi Spanja bħala wieħed mill-“Ħames Qaddisin” flimkien ma’ San Injazju ta’ Loyola, San Franġisk Saverju, Santa Tereża ta’ Avila u San Filippu Neri.

Special Celebration in honour of St Isidore “The Farmer”

The feast of St Isidore “the Farmer” was celebrated on May 15th in our chapel at Id-Dar tal-Providenza. He is the Patron Saint of Madrid, where his tomb lies in The Cathedral but also the Patron of “The St Isidore Agricultural Centre,” here at our Home in Siġġiewi. The Offertory Gifts during the Mass celebrated by Fr Trevor Fairclough were all food products and herbs produced in our Agricultural Centre. In this centre many quality food products are produced by our Residents under the watchful care of their Ability Promoters.

St. Isidore the Farmer died in 1130. He is known in Spain as one of the “Five Saints” along with Saints Ignatius of Loyola, Francis Xavier, Teresa of Avila, and Philip Neri,

Vacancies

Ikkommemorat Mons Mikiel Azzopardi

“Jalla l-poplu Malti jibqa’ jkollu qalb ġeneruża li tgħożż u ssostni lid-Dar tal-Providenza.” Dan qalu l-Isqof Awżiljarju Mons Charles J. Scicluna waqt Ċelebrazzjoni Ewkaristika li L-Azzjoni Kattolika Maltija u d-Dar tal-Providenza għamlu għal ruħ Mons Mikiel Azzopardi li disa’ w erbgħin sena ilu waqqaf id-Dar biex tilqa’ fiha persuni b’diżabiltajiet. Fl-omelija tiegħu, Mons Scicluna qal li bħal Kristu, r-Ragħaj it-tajjeb fil-Vanġelu, Dun Mikiel kien jaf ir-residenti wieħed, wieħed b’isimhom u bħal Kristu kien iħobbhom u jieħu ħsiebhom. “Fid-dinja tal-lum,” kompla jgħid Mons Scicluna “hawn tant żgħażagħ li m’għandhom il-ħadd min jieħu ħsiebhom. Kemm hu sabiħ li r-residenti tad-Dar tal-Providenza huma maħbuba u miżmuma bħala teżori tal-Mulej.” Huwa temm b’appell biex Malta tagħna jibqa’ jkollha rispett għall-ħajja.

Din iċ-Ċelebrazzjoni, li l-Azzjoni Kattolika Maltija bdiet ħames snin ilu u saret fil-kappella tad-Dar tal-Providenza, saret b’tifkira tas-seba’ w għoxrin sena mill-mewt ta’ Mons Mikiel Azzopardi. Din Mikiel, kif kien aktar magħruf, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar, 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju, 1987.

Il-Quddiesa kienet ikkonċelebrata mill-Mons Isqof Charles J. Scicluna flimkien ma’ Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza u Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku ŻAK. Fi tmiemha, saru diskorsi qosra minn Dun Martin Micallef u s-Sur Stanley Spiteri, f’isem il-Kummissjoni Ħidma Morda u Persuni b’Diżabbiltà.