Disinn ta’ logo ġdida minn Sean Cini għad-Dar Tal-Providenza

Disinn għal logo ġdid għad-Dar tal-Providenza minn Sean Cini ntgħażel u tħabbar dalgħodu minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar. (formati differenti tal-logo il-ġdid, il-bijografija u ritratti ta’ Sean huma mehmuża).

Fr Martin qal li I-logo ġie ddisinjat skont il-fatturi l-aktar importanti: Mħabba Evanġelika, Appoġġ, u Determinazzjoni.

logo

L-imħabba Evanġelika li tħeġġiġna nirrispettaw u nistmaw lill-persuni b’diżabilità bħala persuni ndaqs. Dan għandu jkun rifless bil-mod kif id-Dar hi kommessa li tagħti s-saħħa lill-persuni b’diżabilità li jemmnu fihom infushom f’ambjent li jixbah il-familja u li jkabbar u jimmassimizza l-abbilitajiet tagħhom biex hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà.

L-appoġġ – L-appoġġ sħiħ li d-Dar tagħti lill-persuni b’diżabilita li jgħixu jew li jużaw is-servizz tagħha minn żmien għal żmien kif ukoll lill-familji tagħhom b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet u d-dinjità tagħhom.

Id-determinazzjoni sħiħa tal-persuna. – Id-Dar tippromovi l-iżvilupp personali ħolistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom u li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess.

It-tliet elementi differenti joħolqu rappreżentazzjoni ħolistika tal-identità tad-Dar tal-Providenza.

Id-disinn juri żewġ petali fjuriti fuq żewġ figuri li, b’idejhom miftuħa, huma lesti li jilqgħu, li jħobbu u li jagħtu appoġġ. Illum nenfasizzaw il-persuna qabel id-diżabilità u għalhekk id-Dar toffri servizzi individwalizzat.

Il-kuluri għandhom parti mportanti f’dan il-logo. Huma differenti imma jikkumplimentaw lil xulxin perfettament u jirrappreżentaw is-saħħa li teżisti fid-diversità tal-bniedem.

L-isem tad-Dar qiegħed fuq linja waħda b’tipa karga biex toħroġ ċara kemm jista’ jkun. It-tag line qiegħed eżatt taħt l-isem b’tipa u kulur inqas karg.

Fr Martin għamel referenza għall-logo l-antik li juri fjura biz-zokk maqsum b’id iżżommha biex ma tħallihiex taqa’.

Fiż-żminijiet ta’ llum, dan il-logo jirrifletti l-mod xejn pożittiv ta’ kif is-soċjetà ta’ ħamsin sena ilu kienet tħares lejn il-persuni b’diżabilità. Joħroġ ċar ukoll il-mudell mediku tad-diżabilità li kien prevalenti dak iż-żmien fejn is-soċjetà kienet tqis id-diżabilità bħala nuqqas. (Għalhekk l-ideja taz-zokk maqsum).

“Illum”, kompla jgħid Fr Martin, “nitkellmu fuq il-mudell soċjali tad-diżabilità fejn flok ma naraw id-diżabilità bħala nuqqas, narawha bħala differenza. Qed naċċettaw il-fatt li m’għandna l-ebda dritt li niddominaw il-ħajja ta’ persuna b’diżabilità bid-deċiżjonijiet tagħna – il-persuna b’diżabilità għandha kull dritt li tgħid x’tixtieq u x’taħseb li hu l-aħjar għaliha u dawn ix-xewqat għandhom jiġu rispettati. Għalhekk illum inħarsu lejn l-abbiltà ta’ kull persuna, u mhux lejn id-diżabilità. Illum nisħqu li l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità tista’ titjieb biss jekk tinbidel l-attitudni tas-soċjetà u mhux jekk l-individwu jbiddel lilu nnifsu.”

Sean Cini ta’ 26 sena mill-Fgura, jaħdem mal-MaltaPost bħala Graphic Designer fid-Dipartiment tal-Marketing.

F’Settembru li għadda, d-Dar tal-Providenza għamlet sejħa pubblika għal disinn ġdid ta’ logo għad-Dar. Id-Dar tal-Providenza qed tħejji biex fl-2015 tfakkar il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha u l-ideja kienet li jinħoloq logo ġdid li jirrifletti l-Viżjoni, l-Missjoni u l-Valuri tagħha. Il-pubbliku kellu ċans jissottometti d-disinni tiegħu sat-30 ta’ Novembru 2013.

B’kollox kien hemm 48 sottomissjoni u l-Bord tad-Dar ħatar bord tal-għażla biex jissuġġerixxilu l-aħjar logo. Minn lista finali li saret, il-Bord tad-Dar għażel id-disinn ta’ Sean Cini bħala l-logo il-ġdid tad-Dar tal-Providenza.

Aktar tard din is-sena il-partiċipanti kollha se jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni waqt li s-Sur Cini se jiġi ppreżentat bi trofew uniku bħal r-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni.

SEAN CINI – Graphic Designer & Visual Artist

 

Sean Cini photo

Sean Cini huwa artist żagħżugħ b’talent frisk u promettenti ħafna fl-Arti Viżwali u Disinn Grafiku. Sean jispeċjalizza f’xogħlijiet tal-arti semi-astratti u espressjonisti. Ix-xogħlijiet tiegħu li huwa jiżviluppa fuq diversi mezzi artistiċi joħorġu diversi emozzjonijiet u espressjonijiet l-aktar fil-movimenti differenti tal-figura tal-bniedem.

Sean twieled fl-1988 u l-imħabba tiegħu għall-arti feġġet minn meta kien għadu tifel żgħir. Aktar tard ħa t-taħriġ tiegħu fl-MCAST COLLEGE OF ART AND DESIGN. Bħal bosta artisti oħra, Sean żviluppa t-talent artistiku b’mod independenti u ġie ispirat l-aktar minn diversi esperjenzi tal-ħajja. Matul is-snin huwa esperimenta bi stili, software u mezzi artistiċi differenti. L-arti tiegħu tqajjem emozzjonijiet differenti permezz tal-użu ta’ forom li jagħtu l-ħajja lix-xogħlijiet tal-arti tiegħu. Dawn huwa prominenti l-aktar fit-tpinġija semi-astratta u fl-iskulturi tiegħu fuq il-ġebla.

L-ewwel wirja li Sean Cini għamel waħdu saret fl-2007 fil-Gallarija Libertà fil-binja tal-General Workers Union fil-Belt Valletta li ġiet milqugħa tajjeb ħafna mill-pubbliku li żarha. Bħalissa qed jiżviluppa numru ta’ xogħolijiet tal-arti li qed jippjana li jesebixxi fil-ġejjieni. Wieħed jista’ jara x-xogħlijiet tiegħu, li jinkludu wkoll materjal artistiku ta’ marketing u branding fuq www.seancini.com

Illum il-ġurnata, Sean jaħdem fid-Dipartiment tal-Marketing tal-MaltaPost bħala Graphic Designer.

Sean Cini’s Design of new logo for id-Dar tal-Providenza

Sean Cini’s design for a new logo for Id-Dar tal-Providenza had been chosen and announced by Fr Martin Micallef, Director of the Home during a Press.

Fr Martin said that the logo was designed on the most important factors: Evangelical Love, Support and Self-Determination.

Read more

€4020 raised so far through Ascent Software’s fund raising events

€4020 have been raised to date through Ascent Software’s two fund raising events towards Id-Dar tal-Providenza: Climb of Mt Etna last March and an Ascent Adrenaline Day at the Marsascala Family Park earlier this April. People can still donate and see the updated counter through this link: http://fundraising.ascentsoftware.eu 

Twelve employees of Ascent Software of Luqa climbed Mt Etna in neighbouring Sicily between the 21st and 24th of March. The group included its Managing Director, Mr Joseph Sultana and experienced mountaineer Dr Gregory Attard. As part of the Ascent Etna Software challenge an ICT student joined the group all expenses paid after developing a software application that deciphered a secret message.

Sunday 13th April, was Ascent Adrenaline Day at the Marsascala Family Park. The fund raising event included rock climbing, abseiling, gladiator duels, falconry, bouncy castle, face paintings, costumed characters and a football tournament.

A big thank you to the management and staff of Ascent Software for organizing these two fund raising events in aid of Id-Dar tal-Providenza.

€4020 miġbura s’issa bis-saħħa ta’ Ascent Software

€4020 inġabru s’issa permezz ta’ żewġ attivitajiet organizzati minn Ascent Software biex jinġabru flus b’risq Id-Dar tal-Providenza: Tlugħ tal-Muntanja Etna f’Marzu li għadda u Ascent Adrenaline Day fil-Park tal-Familja f’Marsaskala aktar kmieni dan ix-xahar. Min irid għadu jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu u jara l-counter bl-ammont miġbur s’issa permezz tal-link: http://fundraising.ascentsoftware.eu 

Tnax-il impjegat ta’ Ascent Software ta’ Ħal Luqa telgħu il-Muntanja Etna fi Sqallija bejn il-21 u l-24 ta’ Marzu. Il-grupp kien jinkludi lid-Direttur Maniġerjali, Joseph Sultana u lil Dr Gregory Attard, magħruf għat-tlugħ mal-muntanji. Bħala parti mill-Ascent Etna Software Challenge, student tal-ICT ingħaqad mal-grupp bl-ispejjeż kollha mħallsa mill-kumpanija wara li rnexxielu jirbaħ kompetizzjoni għall-iżvilipp ta’ software application li ddeċifrat messaġġ sigriet.

Il-Ħadd 13 t’April kien Ascent Adrenaline Day fil-Park tal-Familja f’Marsaskala. Din l-attività għall-membri kollha tal-familja kienet tinkludi tixbit mal-blat, abseiling, ġlied tal-gladjaturi, tpinġija tal-uċuħ, karattri bil-kostum u turnament tal-futboll.

Grazzi mil-qalb lil-Management u mpjegati ta’ Ascent Software għall-organizzazzjoni ta’ dawn iż-żewġ attivitajiet li saru biex jinġabru fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.

First Gentleman, Mr Edgar Preca pays a visit to Id-Dar tal-Providenza

Mr Edgar Preca, the spouse of the President of Malta, Mrs Marie Louise Coleiro Preca visited id-Dar tal-Providenza and met a number of residents, workers annd volunteers of the Home. He was welcomed and taken around the various facilities of the Home by Fr Martin Micallef, Director, Dr George Coleiro, Administrator and Mrs Margaret Vella, Physioterapist of Id-Dar tal-Providenza. Mr Preca found time to tour the chapel, Dun Mikiel Azzopardi’s museum, the multisensory rooms and the gymnasium as well as other areas.

Is-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta iżur Id-Dar tal-Providenza

Is-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta, s-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca żar id-Dar tal-Providenza fejn iltaqa’ ma’ għadd ta’ residenti, ħaddiema u voluntiera tad-Dar. Huwa ġie milqugħ u mdawwar mad-diversi sezzjonijiet tad-Dar minn Fr Martin Micallef, Direttur, Dr George Coleiro, Amministratur u s-Sinjura Margaret Vella, Fiżjoterapista tad-Dar tal-Providenza. Is-Sur Preca sab il-ħin iżur il-kappella, il-mużew Dun Mikiel Azzopardi, il-kmamar multisensorjali u l-gymnasium.

Welcome, Farewell and Thank You

Id-Dar tal-Providenza has more than appreciated the fact that before she proceeded to take the oath of Office as the newly elected President of Malta, the President elect, Mrs Marie-Louise Coleiro Preca chose to have the “Mass of the Holy Spirit” under a big tent in the car park of our Home in Siġġiewi for which around a thousand and four hundred people were present.

The Director of the Home, Fr Martin Micallef said that the choice of Id-Dar tal-Preovidenza as the venue for the Mass demonstrates her wish to strive for a Maltese society that is more inclusive, fair, and equal, a society which is supportive with those who are in need of support, a society that has the vulnerable at heart and looks at differences not as a threat but as something beautiful. We welcome the newly elected President, Mrs Marie-Louise Coleiro Preca and thank her for the support she gave us in the past as Minister and that she showed she will continue to provide during her Presidency.

We also take this opportunity to bid farewell to Dr George Abela and thank him heartily for the huge support he gave to the residents and administration of Id-Dar tal-Providenza during the five years of his Presidency. He not only provided financial support for various projects completed in our Home through the Malta Community Chest Fund and also through the Citrus fund-raising event but also visited us a number of times, not only for New Year’s Feast of Generosity and July’s Volleyball Marathon. 

The Malta Independent

Merħba, Saħħa u Grazzi

Id-Dar tal-Providenza apprezzat ħafna l-fatt li l-President elett, s-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca għażlet li qabel tieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-President il-ġdid ta’ Malta u tagħti bidu għall-ħidma tagħha tagħmel il-Quddiesa “tal-Ispirtu s-Santu” taħt tinda kbira fil-car park tad-Dar fis-Siġġiewi fejn kienu mistiedna madwar elf u erba’ mitt ruħ.

Id-Direttur tad-Dar, Fr Martin Micallef qal li l-għazla tad-Dar tal-Providenza turi x-xewqa tagħha li taħdem biex is-soċjetà Maltija tkun dejjem aktar soċjetà inklussiva, ġusta, ugwali, solidali ma’ kull min għandu bżonn xi tip ta’ appoġġ, soċjetà li għandha għal qalba ż-żgħir u li tara d-differenza mhux bħala theddida imma xi ħaġa sabiħa. Lill-President il-ġdid, is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca nagħtuha merħba u ngħidulha grazzi tal-appoġġ li dejjem tatna s’issa bħala Ministru u li wriet li se tibqa’ tagħtina tul il-Presidenza tagħha.

Huwa wkoll bix-xieraq li ngħidu saħħa u grazzi mill-qalb lil Dr George Abela li tul il-ħames snin tal-Presidenza tiegħu kien ta’ appoġġ kbir li ta lid-Dar tal-Providenza kemm b’għajnuniet finanzjarji għal proġetti li saru fid-Dar minn għotjiet tal-Malta Community Chest Fund u mill-Festa taċ-Citru kif ukoll biż-żjarat li kien jagħmel fostna, mhux biss fil-Festa ta’ Ġenerożità fl-ewwel tas-sena u fil-Maratona tal-Volleyball f’Lulju.