€27,730 miġbura waqt ikla b’risq Id-Dar tal-Providenza

Infinitely Xara, propjetà tal-familja Zammit Tabona, organizzaw ikla b’risq Id-Dar tal-Providenza taħt il-patroċinju ta’ Mons Arċisqof Charles J. Scicluna li minnha nġabret is-somma sabiħa ta’ €27,730. L-attività saret fl-ambjent storiku ta’ Misraħ il-Kunsill fl-Imdina magħrufa wkoll bħala x-Xara Palace Relais & Chateaux Square.

Il-mistednin ingħataw ikla delizzjuża u gastronomika b’għażla ta’ inbejjed u bl-akkumpanjament ta’ mużika akustika. Għall-ikla, li kienet sponsorjata minn Infinitely Xara u għadd ta’ kumpaniji oħra, kien preżenti wkoll Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.

Somma ta’ €658,039 miġbura waqt il-Maratona tal Volleyball fid-Dar tal-Providenza.

Waqt il-Maratona tal-Volleyball fid-Dar tal-Providenza inġabret is-somma sabiħa ta’ €658,039. Il-Maratona bdiet il-Ġimgħa u ġiet inawgurata mill-E.T. Dolores Cristina Aġent President ta’ Malta u waslet fi tmiemha f’nofs il-lejl tal-Ħadd.

Izjed min 300 voluntier taw l-appoġġ tagħhom waqt din il-Maratona li rat erbgħin player jagħtu kollox biex jiġbru dawn il-fondi għad-Dar tal-Providenza.

Parti mis-somma miġbura kienet tinkludi €€355,353 miġbura waqt il-programm Xarabank li sar nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju.

Fr Martin Micallef irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-appoġġ li ta’ lid-Dar tal-Providenza. Fr Martin sostna li l-ammont li nġabar hu xhieda ta’ kemm il-Maltin u Għawdxin għandhom għal qalbhom din id-Dar u rega’ wiegħed li ser jibqa’ jingħata l-aqwa servizz possibbli lir-residenti ta’ din id-Dar.

Donazzjoni mill-Komunità Maltija-Amerikana ta’ San Francisco Bay, Kalifornja

Il-Maltese Cross Foundation ta’ Kalifornja għamlet id-donazzjoni tagħha ta’ kull sena lid-Dar tal-Providenza f’isem il-Komunità Maltija-Amerikana fl-inħawi ta’ San Francisco Bay.

Il-preżentazzjoni saret lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, mis-Sinjura Mary Borg Smith u r-raġel tagħha Robert minn Millbrae, Kalifornja.
Ħajr speċjali jmur lis-Sur Louis Vella, President tal-Maltese Cross Foundation ta’ Kalifornja, li huwa wkoll il-Konslu Onorarju ta’ Malta f’San Francisco.

Imnedija uffiċjalment il-Maratona tal-Volleyball BOV Marigold 2017

Id-9 edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon b’risq id-Dar tal-Providenza, ġiet uffiċjalment imnedija llum waqt konferenza stampa fid-Dar tal-Providenza. Il-Maratona se tibda nhar il-ġimgħa 30 ta’ Ġunju fis-6.30 p.m. u tasal fi tmiemha l-Ħadd 2 ta’ Lulju f’nofsillejl wara 53 siegħa ta’ logħob kontinwu.

Il-konferenza tal-aaħbarijiet kienet indirizzata mis-sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold – BOV in the Community u Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza. Preżenti kien hemm ukoll is-Sinjura Elvia George, CFO tal-Bank of Valletta u s-Sur Emanuel Zammit Chairperson tal-Kumitat organizzattiv tal-Maratona.

Is-Sinjura Michelle Muscat ingħatat merħba sabiħa mir-residenti u l-ħaddiema tad-dar. Hija ġiet milqugħa minn Fr Martin Micallef fejn żaret partijiet mid-Dar. Hija kellha c-ċans iżżur ukoll il-pixxina terapewtika li ġiet inawgurata f’Novembru tas-sena l-oħra. Il-pixxina tintuża regolarment kulljum bħala parti mit-terapija għar-residenti.

Is-sinjura Muscat qalet li id-Dar tal-Providenza rnexxielha toħloq marka speċjali fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minnha. Leali għaIl-viżjoni tal-fundatur tad-Dar Monsinjur Mikiel Azzopardi, id-Dar qed tkompli toffri ambjent ta’ familja lir-residenti tagħha filwaqt li tgħinhom jimmassimizzaw l-abiltajiet kollha tagħhom u jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà b’mod speċjali bid-diversi djar li qed jinfetħu fil-komunità.

Dwar l-involviment tal-Fondazzjoni Marigold, Is-sinjura Muscat qalet li “hu ta sodisfazzjon għall-Fondazzjoni li tissapportja dan l-avveniment li mhux biss qiegħed jgħin biex jinġabru fondi għad-Dar iżda ukoll biex jagħti ċans liż-żagħżagħ u għadd ta voluntiera biex jgħinnu lid-Dar tkompli tgħix il-missjoni tagħha billi tassigura li s-soċjetà tkun waħada li tinkludi lil dawn il-persuni.

Fr Martin Micallef, filwaqt li irringrazzja lill-Fondazzjoni Marigold BOV in the Community għall-appoġġ kontinwu tagħha, stqarr li hu ta privileġġ għalih li jmexxi din id- Dar li għal ħamsin sena sħaħ baqgħet miexja fuq il-providenza mogħtija lilha mis-soċjetà. Dwar li sfidi li jiltaqa’ magħhom kuljum, Fr Martin qal li “d-Dar li llum tilqaa’ 114 resident, teħtieġ mat-tnax il-elf ewro kuljum. Id-Dar trid tipprovdi għall-bżonnijiet individwali ta’ kulljum għar-residenti tagħha kif ukoll għal kull bżonn ieħor fosthom is-servizzi ta’ terapisti okkupazzjonali u fiżjotepatisti. Id-Dar toffri wkoll s-servizzi ta’ Respite għall-familji li fih ħdanhom jgħixu persuni b’diżabilità. Eżempju ta’ dan hija il-pixxina terapewtika li għamlet differenza kbira fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Mhix faċli li żżomm id-Dar għaddejja u fl-Istess ħin ittejjeb is-servizzi għal kwalità ta ħajja aħjar għar-residenti.”

Is-Sinjura Elvia George qalet li “l-Bank of Valletta huwa kuntent ħafna li għal darb’oħra qed jagħti is-appoġġ tiegħu permezz tal-Fondazzjoni għal din il-maratona biex jinġabru fondi li tant huma meħtieġa. Aħna ċerti li l-pubbliku se jwieġeb bi ħġaru bħal ma għamel dejjem kull darba li ntalab biex jgħin.” Hija enfasizzat li d-Dar hija sinonima mal-ambjent mimli mħabba u attenzjoni individwali li tagħti lir-residenti tagħha u l-Bank huwa sodisfatt li qed jikkontribwixxi għal dan is-sostenn ta’ din l-organizzazjoni mhux governattiva.

Fl-intervent tiegħu is-Sur Zammit ta’ ħarsa ġeneral tax-xogħol kollu involut biex tittella’ din il-Maratona. Hu qal li “’l fuq minn mitejn voluntier ser ikunu involuti matul il-53 siegħa ta’ logħob kontinwi biex niżguraw li dan l-avveniment ikun suċċess.” Huwa stieden il-pubbliku ġenerali biex iżur din l-attività matul it-tlett ijiem tal-maratona biex jagħti l-appoġġ tiegħu lill-plejers li ser ikunu jilgħabu fil-qilla tax-xemx u matul l-ljieli u fl-istess ħin jgħin li-Dar tal-Providenza.

Il-Maratona se tkun trasmessa fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali, madanakollu l-pubbliku huwa mħeġġeġ biex iżur id-Dar tal-Providenza fejn ser ikun hemm spettaklu mużikali, ikel u xord kif ukoll żona għat-tfal.

Il-BOV Marigold Volleyball Marathon se tkun inawgurata uffiċċjalment nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju fi-6.30 p.m. mill-Aġent President ta’ Malta s-Sinjura Dolores Cristina.

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru bit-telefon fuq 51702012 għal donazzjoni ta’ €15 u fuq 51802013 għal donazzjoni ta €25. Donazzjoni ta’ €6.99 tista’ ssir billi jintbagħat SMS vojt fuq 50618944. L-abbonati tal-BOV Mobile Pay jistgħu ukoll jagħmlu d-donazzjoni tagħhom fuq in-numru 79324834.

Malta rappreżentata f’laqgħa Ewropeja għall-Kattoliċi Nieqsa mis-Smigħ

Delegazzjoni Maltija magħmula minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, is-Sur Natalino Psaila li huwa persuna nieqes mis-smigħ u is-Sinjura Rita Portelli interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija ħadu sehem fit-tieni laqgħa Ewropeja għall-Kattoliċi Nieqsin mis-Smigħ li saret fil-Belt ta’ Praga fir-Repubblika Ċeka. Din il-laqgħa, li ssir kull sentejn, għandha l-għan li tlaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-Knisja Kattolika mill-pajjiżi tal-Ewropa li huma nvoluti fil-pastorali mal-persuni nieqsa mis-smigħ sabiex jaqsmu flimkien esperjenzi, proġetti u anke d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Il-laqgħa kienet inawgurata mill-E.T. il-Kardinal ta’ Praga, Mons Dominik Jaroslav Duka O.P. li wara ċċelebra quddiesa għall-parteċipanti kollha fil-katidral ta’ San Vitu.

Waqt il-laqgħa, ir-rappreżentanti ta’ Malta kellhom l-opportunità jitkellmu dwar il-ħidma li qed issir fid-Djoċesi ta’ Malta mal-Persuni Nieqsa mis-Smigħ fosthom, it-twaqqif tad-Deaf Ministry Team, il-quddiesa s-Sibt filgħaxija fil-kappella tal-Università ta’ Malta interpretata bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija, servizz ta’ interpretazzjoni għall-preparazzjoni tas-Sagramenti, ħolqien ta’ riżorsi bħall-qari tal-Liturġija tal-Kelma tal-Ħdud u talb bil-Lingwa tas-Sinjali li wieħed jista’ jsibhom fuq You Tube jew fil-website tal-Laikos.

Fost il-pajjiżi li ħadu sehem minbarra r-Repubblika Ċeka u Malta kien hemm il-Polonja, l-Italja, l-Olanda, l-Irlanda, l-Ukrajna, Spanja, Franza, il-Ġermanja, is-Slovenja u l-Ungerija.

Il-Polonja intagħżlet biex tospita it-tielet laqgħa Ewropeja li ser issir fl-2019.

F’isem id-Dar tal-Providenza, GRAZZI

Jitfakkar it-tletin anniversarju mill-mewt ta’ Mons Mikiel Azzopardi, fundatur “tal-oasi ta’ karità nisranija”

Membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza ħadu sehem f’Celebrazzjoni Ewkaristika fil-kappella tad-Dar biex jitfakkar it-tletin anniversarju mill-mewt ta’ Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987. Din l-inizjattiva tal-AKM bdiet tmien snin ilu u baqgħet issir kull sena.

F’messaġġ qasir minn Praga, fejn Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza qiegħed jieħu sehem f’laqgħa Ewropeja dwar il-pastorali mal-persuni nieqsa mis-smigħ, ħeġġeġ għal aktar talb biex il-Mulej ikompli jbierek din il-ħidma qaddisa tad-Dar kif ukoll biex il-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Mons Azzopardi timxi l-quddiem u jseħħ il-miraklu li jikkonferma l-qdusija ta’ dan is-saċerdot benefattur kbir tas-socjetà Maltija. Fr Martin qal li
Malta u Ghawdex jibqgħu rikkonoxxenti lejn l-Azzjonai Kattolika Maltija li ħolqot kif kien iħobb jgħid Dun Mikiel din l-oasi ta’ karità nisranija.

Iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika tmexxiet minn Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK). Fl-omelija tiegħu, Fr Reuben qal li Dun Mikiel kien iħares lejn kull persuna b’imħabba kbira sew meta kien fil-qasam tal-edukazzjoni, imbagħad fl-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) u fl-aħħar fid-Dar tal-Providenza.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, is-Sur Josef Debono, il-President tal-AKM iddeskriva id-Dar tal-Providenza bħala r-ruħ soċjali ta’ pajjiżna. Wara, dawk preżenti inġabru għal ftit ħin ta’ riflessjoni u talb madwar il-qabar ta’ Mons Azzopardi.

Is-sena li ġejja, Id-Dar tal-Providenza se tkun qed tfakkar il-ħamsin sena minn meta fil-11 ta’ Jannar 1968 il-Villa Mons Gonzi laqghet l-ewwel residenti kif ukoll il-ħamsin sena minn meta s-sorijiet tal-Karità bdew jaghtu s-servizz tagħhom lir-residenti tad-Dar.

Id-Dar tal-Providenza u l-grotta tal-Madonna ta’ Lourdes fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa

Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, mexxa Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-grotta tal-Madonna ta’ Lourdes fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa. Ħadu sehem ukoll il-kappillani taż-żewġ parroċċi tal-Marsa, Trinità Qaddisa u Maria Reġina. Dan huwa avveniment ta’ kull sena li beda fl-1981 meta Mons. Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar tas-Siġġiewi, qaddes l-ewwel quddiesa f’din il-grotta f’sena li kienet iddedikata għall-persuni b’diżabilità.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, Fr Martin ingħata donazzjoni ta’ €2,088 mis-Sur Joseph Vella li jieħu ħsieb il-grotta flimkien ma’ ibnu Mario u għadd ta’ volontiera.

€1,645 miġbura waqt Marċ għall-Providenza

Fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mill-Kanoniżżazjoni ta’ San Ġorġ Preca, l-Għaqda Mużikali San Gejtanu tal-Ħamrun organizzat marċ fi Triq il-Kbira il-Ħamrun b’risq id-Dar tal-Provdienza li għalih kienu mistiedna jipparteċipaw il-Baned kollha ta’ Malta. Fil-fatt rappreżentanza sabiħa mill-baned Malttin ħadet sehem f’din l-inizjattiva filantropika li bdiet b’quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca, l-ewwel qaddis Malti.

Fi tmiem il-Marċ hekk imsejjaħ għall-Providenza, saru diversi donazzjonijiet lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza ,mill-Baned li pparteċipaw kif ukoll minn għaqdiet ċiviċi u politiċi tal-Ħamrun biex b’hekk inġabret is-somma sabiħa ta’ €1,645.

Il-President tal-Għaqda Mużikali tal-Ħamrun is-Sur Anselm Sciberras irringrazzja lill-bandisti kollha li ħadu sehem bla ħlas għal din l-inizjattiva u ħabbar li din se tibqa’ ssir kull sena.

Fr Martin Micallef ingħaqad mal-President fir-ringazzjamenti tiegħu għal dawk kollha li ħadu sehem filwaqt li qal li inizjattivi bħal din jimlew id-Dar bil-kuraġġ biex tkompli tagħti l-għola kwalità ta’ servizz lir-residenti tad-Dar.

€2920 miġbura waqt it-The Two Islands Challenge b’riżq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu, l-Gruppi “Experience Edventures and More” u “Camini..amo 2017” irnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta’ €2920 waqt mixja ta’ 45 kilometru li bdiet minn quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Għarb sal-Imġarr Għawdex u kompliet miċ-Ċirkewwa sa ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa fin-nofsinhar ta’ Malta.

146 parteċipant minn Malta u Għawdex sfidaw is-sħana tal-ġurnata biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza. Din kienet ir-raba’ edizzjoni ta’ din l-isfida annwali.

L-organizzaturi u d-Dar tal-Providenza jirringrazzjaw lill-parteċipanti kollha kif ukoll lil dawk il-kumpaniji li sapportjaw din l-inizjattiva fosthom il-Maltapost plc, Custo Coaches, V. Spiteri & Sons Ltd, General Soft Drinks Ltd., Go & Fun, Greens Supermarket u Easy Dry Malta.

Onorifiċenza Mertu Siġġiewi for Mgr Lawrence Gatt, ex-Director of Id-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza wishes to express its satisfaction as well as its appreciation that Mgr Lawrence Gatt, ex-Director of Id-Dar tal-Providenza, was presented with the Onorifiċenza Mertu Siġġiewi by the Siġġiewi Local Council. Mgr Gatt just turned 80 and was Director of the Home for a full 22 years between 1978 and 2009. Currently he is the Chancellor of the Maltese Curia.

The presentation ceremony took place on Sunday 5th March 2017 at Id-Dar tal-Providenza under the Distinguished Patronage of Dr Louis Galea following a thanksgiving Mass at the Home’s Chapel and was held on the occasion of Jum is-Siġġiewi.

Whilst Mgr Gatt was Director of the Home, Villa Papa Luciani was inaugurated, Dar Żerniq opened its doors in the community of Siġġiewi and Villa Monsinjur Gonzi was rebuilt from scratch. Other refurbishing works were undertaken on existing facilities and structures.

Also under his watch, apart from improved support for the residents and respite services, the residents with intellectual disabilities started getting support to grow in their faith through symbolic catechesis with the support of the Glasgow based Agency SPRED (SPecial REligious Development).

Together with Mgr Lawrence Gatt Prof Albert Fenech, Sr Adele Baldacchino, Mr Joe Aquilina and Mro Euchar Gravina were also apresented the Onorifiċenza Mertu Siġġiewi.